Tag: Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Ritratti: Ara min rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fid-diskors tal-ftuħ il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri innota li din kienet l-ewwel darba li ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb saret taħt l-awspiċi tal-President tar-Repubblika. Filwaqt li l-KNK u l-industrija tal-kotba fl-aħħar snin irċevew sostenn mingħajr preċedent mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-implikazzjonijiet fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u d-dmir tal-KNK li jissalvagwardja l-interessi tal-imsieħba tiegħu wasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill li jiddistanzja lilu nnifsu mill-istituzzjoni msemmija. Camilleri rrimarka li għalkemm Caruana Galizia ma kinitx awtriċi ta’ kotba, xorta kienet waħda minn ta’ ġewwa bħala kittieba, u l-qtil tagħha minħabba dak li kienet tikteb huwa inaċċettabbli.

Il-kotba finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika l-lista tal-kotba finalisti għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019 għall-kotba ppubblikati fl-2018. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda f’April, u t-tieni laqgħa saret fl-uffiċċju tal-KNK...