Tag: Premier League

Liverpool jaf jitilfu t-titlu jekk il-League jitwaqqaf ħesrem

Għalkemm qegħdin 22 punt fil-quċċata tal-klassifika, Liverpool jistgħu jitilfu xorta waħda ċ-ċans li jirbħu t-titlu. Dan jista’ jiġri jekk il-league jitwaqqaf ħesrem minħabba l-coronavirus. Il-biża li l-logħob jitwaqqaf mill-gvern qed tikber. Aktar minn 80,000 persuna fi ftit inqas minn 50 pajjiż spiċċaw infettati b’dan il-vajrus. S’issa hemm mal-2,800 persuna li mietu kaġun ta’ dan.

Regoli ġodda għal sehem fiċ-Champions League?

Ir-rebbieħa Daniżi, Copenhagen ipproponew idea ġdida lill-kbarat tal-Uefa wara li frustraw ruħhom dwar li fatt li ma jistgħux jikkompetu fiċ-Champions League minħabba s-sistema ta’ koefiċċjent tal-pajjiż. Skont ir-regoli tal-preżent, kull pajjiż jingħata numru ta’ postijiet fiċ-Champions League ibbażati fuq is-suċċess li l-klabbs jiksbu f’pajjiżhom.

Liverpool isalvaw rebħa fl-aħħar 9 minuti

Liverpool salvaw rebħa wara li rnexxielhom jmorru minn fuq kontra West Ham. Ir-rebħa għal Liverpool tfisser li t-tim laħaq ir-rekord ta’ 18-il rebħa suċċessiva li kienu kisbu Manchester City bejn Awwissu u Diċembru tal-2017. L-aħħar li tilfu punt kien meta t-tim ta’ Klopp baqa’ bi draw ta’ 1-1 kontra Manchester United f’Ottubru.

Fernandes jiskurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ United

L-ewwel gowl ta’ Bruno Fernandes ma’ Manchester United witta’ t-triq għal rebħa komda kontra Watford. United li lagħbu f’darhom telgħu fil-ħames post tal-klassifika tal-Premier League. Fernandes li United xtrawh għal madwar €47 miljun f’Jannar li għadd mingħand Sporting Lisbon, ma falliex milli jiskurja l-penalty. Dan wara li l-gowler ta’ Watford Ben Foster waqqa’ lill-istess Fernandes fil-kaxxa.

Rodgers ma jaħsibx li Liverpool se jingħataw it-titlu tal-2014

City qed jappellaw quddiem il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport kontra s-sospensjoni ta’ sentejn li weħlu. Din ġiet impostha mill-Uefa wara li sabithom ħatja ta’ ksur tar-regola tal-Fair Play. Ma dan City jistgħu wkoll jitilfu t-titlu tal-Premier League li rebħu fl-2014.

United jieħdu r-ruħ u jirbħu kontra Chelsea

Manchester United ħadu ftit tar-ruħ u avvanzaw fil-klassifika wara li rebħu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Chelsea. It-tim ta’ Frank Lampard tħallew lampa stampa wara li kontinwament id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-VAR marru kontrihom.

Il-ġlieda għat-titlu hija ta’ barra minn hawn – Klopp

Jurgen Klopp qal li l-ġlieda mingħajr waqfien li qed jiġġieldu l-plejers tiegħu biex jirbħu t-titlu wara 30 sena hija xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Huwa kien intervistat wara l-logħba li kellhom kontra Norwich fejn rebħu bl-iskor ta’ 1-0.

Ziyech ta’ Ajax għal ma’ Chelsea: se jiswihom €40 miljun

Il-partitarji kienu fuq ix-xwiek biex jaraw x’inhu jiġri wara li l-kap ta’ Ajax Erik ten Hag ikkonferma dan. Ajax ħarġu l-aħbar permezz ta’ stqarrija fuq is-sit elettroniku tal-klabb. L-istqarrija kienet tgħid li Ajax u Chelsea qablu biex isir it-trasferiment ta’ Hakim Ziyech.

Chelsea għamlu l-akbar profitt minn kull klabb fid-dinja

Chelsea għamlu l-akbar profitt minn kull klabb fid-dinja f’dawn l-aħħar żewġ swieq ta’ trasferimenti. Il-klabb ta’ Londra nefqu madwar €38 miljun fuq Mateo kovacic u daħħlu mal-€173.7 miljuni. Is-CIES Football Ovservatory sab li fin-naħa l-oħra tal-iskala hemm Real Madrid. Li biss biss ħalsu lil Chelsea madwar €85 miljun għall-Belġjan, Eden Hazard, is-Sajf li għadda. Madrid marru minn taħt b’madwar €153 miljun fit-trasferimenti.

Id-duo ta’ Everton, Bernard u Richarlison fl-aqwa tagħhom

Id-duo Brażiljan ta’ Everton, Bernard u Richarlison kienu fl-aqwa tagħhom fil-logħba kontra Crystal Palace. Il-maniġer Roy Hodgson ħaseb li x-xorti tat-tim inbidlitilhom meta Jordan Pickford għaddielu l-ballun ta’ Christian Benteke minn taħtu biex kisbu l-gowl tad-draw.