Tag: PBS

Programm ta’ Ħadd Għalik b’MPs ma jixxandarx

Il-programm ‘Ħadd Għalik’, li kien mistenni jlaqqa’ Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tad-deputati ma’ atturi tal-Pantomimi, ġie pospost.

Il-PBS m’għandux ikun liċenzjat mill-Gvern – espert legali

L-akkademiku u l-espert legali l-Professur Kevin Aquilina elenka 23 kritika fl-Att tal-Midja u d-Difamazzjoni. Għal Aquilina l-Att huwa spempliċiment l-istess att miżjud b’xi aġġornamenti....

Bħal-lum seba’ snin miet Lino Cassar

Bħal-lum seba’ snin, fit-8 ta’ Novembru 2012, kien miet Lino Cassar ta’ 78 sena, ġurnalista u kritiku tal-films, magħruf għall-kitba niggieża tiegħu...

“Il-PBS m’għandux jibqa’ f’idejn il-Gvern” – esperti tal-midja

L-espert tal-midja Fr Joe Borg u l-psikologa soċjali Prof Mary Anne Lauri qalu li huwa importanti li jiġu stabbiliti struttri li jifirdu...

Dalwaqt se tkun tista’ taċċessa 24,200 siegħa ta’ filmati tal-PBS

Proġett b’investiment ta’ €4.8 miljun għad-diġitalizzazzjoni ta’ 24,200 siegħa ta’ filmati tal-PBS se jkun qed iwassal sabiex l-istess filmati jkunu disponibbli għall-pubbliku b’xejn permezz...

L-appell mill-kumpanija tal-karozzi għall-PBS hu “frivolu u vessatorju”

Il-kumpanija tal-kiri tal-karozzi weħlet €1,000 multa wara li tilfet l-appell, liema appell ġie meqjus bħala wieħed “fieragħ u vessatorju” mill-Qorti. Il-kumpanija Burmarrad Commercials Limited...

“Konklużjonijiet qarrieqa mill-OSCE” – Il-BA

L-Awtorità tax-Xandir ta’ Malta (BA) qalet li qed tikkontesta u tirrifjuta "l-konklużjonijiet qarrieqa" ppubblikati mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) rigward l-ħidma tal-BA waqt...

Awdjo: “Silvio Scerri ma talabx rwol fil-PBS u jien lanqas avviċinajtu”

Dwar jekk Silvio Scerri, li kien Chief of Staff fil-Ministeru ta’ Manuel Mallia hux se jkollu xi rwol fil-PBS, il-Ministru Owen Bonnici saħaq li hu ma avviċinax lil Scerri u lanqas Scerri ma avviċinah.

Awdjo: ​Il-bord tal-PBS jagħti r-riżenja lill-Ministru Bonnici

Il-Ministru Owen Bonnici li issa hu responsabbli wkoll mix-xandir nazzjonali, qal li rċieva r-riżenja mill-membri kollha tal-bord tal-PBS.

Tiltaqa’ f’Malta assemblea tal-EBU għax-xandara professjonali

Għall-ewwel darba f’Malta qed issir l-assemblea tal-Eurovision Academy, konferenza għall-esperti fil-qasam tal-midja internazzjonali, b’sessjonijiet ta’ tagħlim fit-teknoloġija moderna għax-xandir.