Tag: Paul Sheehan

Sentenza sospiża mnaqqsa fuq appell għal Sheehan

Is-sentenza sospiża mogħtija lill-eks xufier tal-eks ministru Manuel Mallia wara li nstab ħati li spara għal fuq karozza li ħabtet mal-karozza tal-ministru ġiet imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell, li qalet li ma kienx hemm biżżejjed provi li kien hemm l-intenzjoni li jweġġa’ serjament lill-vittma.

L-eks xufier ta’ Manuel Mallia b’sentenza sospiża

L-eks xufier tal-eks Ministru Manuel Mallia weħel sentenza sospiża ta’ 22 xahar ħabs wara li nstab ħati li spara għal fuq karozza li kienet ħabtet mal-karozza tal-ministru.

Sheehan kellu dritt jispara – l-avukat tal-eks xufier ta’ Mallia

L-eks Pulizija Paul Sheehan kellu dritt kostituzzjonali jispara fuq karozza ta’ sewwieq, skont l-avukat tiegħu. Kien qed jitkellem dwar il-każ li wassal għar-riżenja tal-Ministru Manuel Mallia.

Dakinhar tal-isparatura xi ħadd ċaqlaq il-karozza tal-eks Ministru

Żewġ membri tal-Pulizija fit-taqsima tar-Rapid Intervention qalu fil-Qorti li meta waslu fuq il-post, il-karozza tal-eks Ministru Manuel Mallia kienet iċċaqalqet minn xi ħadd li huma ma jafux min.

Dak li laqat il-karozza tal-Ministru Mallia kien taħt l-effett tal-alkoħol

Fil-qorti ntqal li għall-ewwel ir-raġel m’aċċettax li jsirlu t-test tal-breathalyser anke jekk kien imwissi li jekk it-test ma jsirx kien se jkun ħati b’mod awtomatiku.

“Il-PM ibbaża l-karriera tiegħu fuq gidba” – Simon Busuttil

B’referenza għall-każ tal-isparatura mill-eks xufier ta’ Manuel Mallia, Paul Sheehan, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li f’dan il-cover-up kienu nvoluti diversi uffiċjali tal-Gvern, fosthom l-uffiċċju tal-Prim Ministru stess. Busuttil qal li Joseph Muscat “hu dgħajjef quddiem sħabu” għax ibbaża l-karriera tiegħu fuq gidba.

L-eks xufier ta’ Manuel Mallia jingħata l-ħelsien mill-arrest

Kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni ta’ provi fil-konfront ta’ Paul Sheehan, l-eks xufier ta’ Manuel Mallia, li fid-19 ta’ Novembru li għadda spara tiri fuq il-karozza ta’ Stephen Smith.

Awdjo: Aktar recordings dwar l-isparatura mill-eks xufier tal-Ministru

Waqt li l-ġurnata tal-lum kienet dominata mill-ħatra ta’ Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, fil-midja lokali komplew joħorġu aktar recordings tat-telefonati li saru wara l-isparatura mill-eks xufier tal-Ministru Mallia.

Sparatura: “Meta ħriġt mill-karozza ma kelli xejn f’idi” – Stephen Smith

Dalgħodu bdiet il-kumpilazzjoni ta’ provi fil-konfront ta’ Paul Sheehan, l-eks xufier tal-Ministru Manuel Mallia, li fid-19 ta’ Novembru li għadda spara tiri fuq il-karozza tal-Iskoċċiż Stephen Smith.

Awdjo: “Irringrazzja lil Alla li ma sparajtx fuqek” – Sheehan

F'dan il-ħames recording, l-eks xufier tal-Ministru Manuel Mallia jinstema' jagħti direzzjonijiet ta' fejn qiegħed hu lill membru tal-Pulizija. Skont Sheehan, ix-xufier l-ieħor kien qed jinżamm mill-pulzija għax kien fis-sakra filwaqt li jinstema' wkoll jindirizzah u jgħidlu "irringrazzja lil Alla li ma sparajtx fuqek."