Tag: Paul Pace

Għandek appartament vojt? Għin lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

Dawk kollha li forsi għandhom appartament li huwa vakat u jistgħu jgħinu, hemm numru ta’ infermiera u ħaddiema oħrajn fil-qasam tas-saħħa li qed ifittxu appartamenti għal dan iż-żmien.

Riżultati tal-coronavirus jieħdu kważi 10 sigħat; infermiera inkwetati – MUMN

Hekk kif ir-riżultati tat-testijiet li qed isiru lill-pazjenti fil-wards tal-Isptar Mater Dei qed idumu ma joħorġu bejn sitta u 10 sigħat, l-infermiera jinsabu anzjużi hekk kif qed jitħallew mingħajr ilbies protettiv. Dan skont l-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) f’ittra li bgħatet lill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

“Jammettu nuqqasijiet imma ma jiħdux azzjoni” – MUMN

L-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li minkejja li d-Dipartiment tas-Saħħa ammetta diversi nuqqasijiet, mhux se jkun qed jieħu l-azzjonijiet neċessarji biex jassigura lill-infermiera fuq xogħolhom.

4 sptarijiet mhux se jaħslu pazjenti minn nhar it-Tnejn – MUMN

L-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qalet li jekk il-kundizzjonijiet tal-infermiera membri tagħha ma jitranġawx, minn nhar it-Tnejn li ġej se tkun qed tordna li d-direttivi li hemm fl-Isptar Karin Grech jidħlu fis-seħħ ukoll fl-Isptar Mater Dei, f’San Vinċenz de Paul u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Magħhom se tiżdied id-direttiva li l-infermiera ma jgħinux fil-ħasil tal-pazjenti.

Id-direttivi fl-Isptar Karin Grech sospiżi għall-Milied

Dan tħabbar dalgħodu mill-President tal-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel, Paul Pace. Hu spjega li dalgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne intervjena bħala medjatur għat-tilwima industrijali bejn Steward Health Care u l-union.

Mhux ċar x’se jiġri mill-ħasil tal-pazjenti – MUMN

Id-direttiva li l-infermiera ma jgħinux lill-carers waqt li dawn ikunu qed jaħslu l-pazjenti qatt ma daħlet fis-seħħ hekk kif l-Union għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) qed tistenna pjan ta’ kif se jissolvew il-problemi li jaffaċċjaw l-infermiera waqt xogħolhom.

“Il-mewt tal-pazjent kien tort tas-sistema mhux l-infermier”

Il-mewt ta’ pazjent fl-Isptar Karin Grech fl-2012 ma kienx tort tal-infermier iżda kien tort tas-sistema. Dan qalu ma’ Newsbook.com.mt Paul Pace, il-President tal-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel.

“Hija policy tas-sala li l-missirijiet jintbagħtu d-dar billejl”

Kemm il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Ivan Falzon, kif ukoll il-President tal-Union Maltija għall-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace, ikkonfermaw li l-missirijiet jintalbu jmorru...

Iż-żgħażagħ qed jitpoġġew ma’ dawk li jabbużaw mid-droga f’Monte Karmeli –...

L-għaqda tal-infermiera u l-qwiebel MUMN ilmentat fuq il-fatt li t-tibdil infrastrutturali li qed isir fl-Isptar Monte Karmeli wassal biex pazjenti li għandhom bejn 9...

Paul Pace se jibqa’ President tal-Forum sal-24 ta’ April li ġej

Fi stqarrija tal-Forum intqal li l-Kunsill Nazzjonali talab lil Paul Pace biex jibqa’ jokkupa din il-kariga sakemm issir il-konferenza ġerenali li jmiss.