Tag: Passiggieri

Coronavirus: Il-Ħaddiema tax-Xatt ordnati ma jitilgħux fuq il-bastimenti

Il-Malta Dockers Union, l-unjin għall-Ħaddiema tax-Xatt qed tordna lill-membri tagħha biex ħadd ma jitla’ fuq bastimenti li se jidħlu fil-portijiet Maltin.

Dgħajjes f’Kemmuna: Operaturi jridu li jitħassar il-kuntratt

Jumejn qabel jidħol fis-seħħ il-ftehim li l-Gvern għamel ma’ kumpanija waħda għall-vjaġġi lejn Kemmuna, operaturi oħra li ma daħlux f’dan il-ftehim talbu lill-Bord ta' Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi biex jitħassar il-kuntratt.

Fil-Kongo: 27 mejta wara li waqa’ ajruplan fuq id-djar

Il-vittmi jinkludu disa’ persuni mill-istess familja li kienu f’waħda mid-djar li ntlaqtu.

Aħsiblu jekk se ssiefer fl-iżjed ġimgħa impenjata tal-ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta avża li kull min isiefer din il-ġimgħa m'għandux iħalli għall-aħħar, peress li aktar minn 185,000 passiġġier mistenni jgħaddi mill-ajruport sal-aħħar...

Passiġġieri tal-EasyJet imwerwra; raġel jipprova jiftaħ bieba tal-ajruplan

Passiġġieri tal-EasyJet li kienu fuq titjira minn Gatwick f’Londra lejn Pisa fl-Italja twerwru meta passiġġier ipprova jiftaħ il-bieba tal-ajruplan f’għoli ta’ madwar 9,100 metru....

1.5 miljun jaqsmu l-fliegu minn April sa Ġunju

1.535.414 passiġġier qasmu bejn Malta u Għawdex minn April sa Ġunju ta’ din is-sena, skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).L-NSO spjega li din tfisser żieda...

Filmat: Pazjent b’marda infettiva evakwat f’Malta waqt taħriġ

Il-mara li taparsi kellha marda infettiva ddaħħlet Malta fl-10am mit-Tuneżija. ​Is-sintomi tagħha wrew li kienu ta’ grad 4 u li kellha xi dmija wkoll. Dan ifisser li din il-mara seta’ jkollha l-Ebola.

​Awdjo: Iqattgħu 6 sigħat fuq katamaran għalxejn

Passiġġieri li kienu fuq il-katamaran lejn Sqallija lbieraħ qattgħu sitt sigħat għalxejn abbord biex imbagħad spiċċaw tniżżlu lura Malta.

Cruise liner jispiċċa f’nofs ta’ baħar mingħajr enerġija

Cruise liner li għandu fuqu aktar minn 1,000 persuna, spiċċa f’nofs ta’ baħar, fi dlam ċappa, wara nirien li ħakkmu waħda mill-magni tal-vapur.