Tag: Partit Laburista

Filmat: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jindirizza lin-nazzjon dwar l-ewwel 100 jum...

Joseph Muscat stqarr li l-poplu tah opportunita’ li jmexxi l-pajjiż u għalhekk qed iżomm l-interessi tan-negozju u l-familji fuq quddiem.

Cyrus Engerer kandidat tal-PL għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Cyrus Engerer se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista li se jsiru f’Mejju li ġej.

Gvern li Jisma’: Minn għada tibda’ l-inizjattiva ta’ konsultazzjoni pubblika

Minn għada t-Tnejn, se tibda l-inizjattiva ta’ konsultazzjoni pubblika bit-tema ‘Gvern Li Jisma’. F’inqas minn mitt jum minn meta nħatar il-Gvern il-Ġdid, il-membri kollha tal-Kabinett se jkunu qed jisimgħu lin-nies bejn it-3 u l-25 ta’ Ġunju fil-Berġa ta’ Kastilja.

“Il-Kap tal-PN għażel li jaħbi l-fatti dwar iż-żieda li ħadu l-Ministri”...

Il-Partit Laburista sostna li fil-kampanja elettorali, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għażel li jaħbi l-fatti dwar iż-żieda li ħadu l-Ministri matul il-leġislatura li għaddiet.

Awdjo: ‘Jien qatt ma bżajt nerfa’ r-responsabbiltà’ -Tonio Fenech

Isma' l-Kumment: L-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech sostna li qatt ma beża jerfa' r-responsabbiltà tiegħu, iżda saħaq ukoll li l-Partit Laburista kien irresponsabbli li ma stenniex il-ġudizzju tal-qorti.

L-intervista tal-ġimgħa ma’ Dr Alfred Sant

SEGWI L-FILMAT: L-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook tlaqqagħna ma' Dr Alfred Sant, li bħalissa jinsab iħares 'il quddiem lejn approvazzjoni tal-kandidatura tiegħu biex jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Dr Simon Busuttil iżur lil Dr Joseph Muscat

Waqt din il-laqgħa, Dr Muscat qal li huwa kellu relazzjoni personali tajba ma’ Lawrence Gonzi u awgura li jiġri l-istess ma’ Dr Busuttil.

Iż-żgħażagħ kienu determinanti fl-aħħar elezzjoni – Joseph Muscat

l-Prim Ministru sejjaħ il- Forum Żgħażagħ Laburisti bħala l- mutur tal-attiviżmu. Qal li din esperjenzat bidla minn sempliċi għaqda fil-marġini tal-Partit

Awdjo: Il-PL ħatar kummissjoni biex jevalwa l-irwol u l-operat tal-każini

Il-Partit Laburista ħatar kummissjoni bl-għan prinċipali biex tevalwa l-irwol u l-operat tal-każini tagħha. Meta intervistat waqt il-programm ‘X’hemm ġdid’ fuq radju RTK, il-President il-ġdid tal-Partit Laburista Daniel Micallef sostna li l-Partit Laburista ħatar kummissjoni biex wieħed iħares lejn il-bżonn tal-operat ta’ partit fis-sena 2013.

“Il-Gvern konxju tas-60 xahar biex iwettaq il-programm elettorali” – Dr Muscat

Il-Gvern se jikseb il-miri ta’ issa u tal-ġejjieni, b’deċiżjonijiet li jridu jittieħdu biex jinħoloq ix-xogħol u jittranġaw l-oqsma tas-saħħa u l-housing. Dan sostnieh il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza t-tmiem tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista.