Tag: Papa Ġwanni Pawlu II

100 sena mit-Twelid tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni

Din is-sena qegħdin infakkru l-100 sena mit-twelid tal-Papa Pollakk illum qaddis Ġwanni Pawlu t-Tieni u fil-gżira tagħna nistgħu niftaħru li għandna żewġ monumenti ‘life size’ mwaqqfa f’ġieħu – wieħed jinsab fuq it-taraġ ta’ quddiem il-Knisja Katidrali u l-ieħor fil-bidu tat-triq li tqabbdek lejn is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu.

Filmat: Ikkommemorat it-30 anniversarju taż-żjara Pastorali ta’ Papa Ġwanni Pawlu II...

Il-Fondazzjoni “JP2” ikkommemorat il-100 sena mit-twelid ta ’Karol Józef Wojtyła u t-30 anniversarju taż-żjara Pastorali li saret f’Għawdex mill-Papa Ġwanni Pawlu II billi ħarġet żewġ “first day cards”.

30 sena ilu wasal Malta l-Papa

It-Tnejn 25 ta’ Mejju. Bħal-lum 30 sena ilu, kien beda l-vjaġġ ta’ tlett ijiem li l-Papa Ġwanni Pawlu II għamel f’Malta. Din kienet l-ewwel żjara li Ġwanni Pawlu II għamel f’pajjiżna u l-ewwel darba li Papa rifes fuq il-gżejjer tagħna.

Awdjo: Bħal-lum sar l-attentat fuq il-ħajja ta’ Papa Ġwanni Pawlu II

Isma' l-awdjo biex tkun taf x'ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Programm li nħadem meta Papa Ġwanni Pawlu II għalaq 80 sena

Oriġinarjament dan il-progamm kien inħadem għal Rai Uno u għal Biagi kien mar il-Polonja fejn żar il-postijiet fejn il-Papa qatta' t-tfulija tiegħu: l-ewwel parroċċa u anki jmur fuq il-muntanja fejn kien imur skiing.

15-il sena mill-mewt ta’ Papa San Ġwanni Pawlu II

Hu kien twieled nhar it-18 ta' Mejju 1920 u kien il-264 Papa fl-istorja tal-Knisja Kattolika. Huwa laħaq Papa nhar is-16 ta' Ottubru 1978 u baqa' sa ma miet bħal-lum fl-2005. Fl-istorja huwa mniżżel bħala it-tieni l-iktar Papa li kellu pontifikat twil wara Papa Piju IX li dam sitt snin aktar minnu.

Il-Kardinal Dziwisz mistieden f’Malta 10 snin wara l-mewt ta’ Ġwanni Pawlu...

Il-President ta’ Malta Mare-Louise Coleiro Preca stiednet lill-Kardinal Stanislaw Dziwisz biex jiġi Malta fl-għaxar sena mill-anniversarju tal-mewt ta’ Papa Ġwanni Pawlu II.

Attività f’Għawdex biex tfakkar il-kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II

Nhar il-Ħadd li ġej se tittella’ lejla ta’ poeżija u mużika fix-Xlendi, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Kanonizzazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni.

Papa Franġisku jżewweġ għall-ewwel darba

Għall-ewwel darba l-Papa Franġisku se jkun qed iżewweġ għadd ta' koppji fil-Vatikan.

Id-dokument tat-tielet sigriet ta’ Fatima jittella’ onljan

Kienet is-soru Karmelitana Lucia dos Santos li kitbet id-dokument wara li meta kienet żgħira, flimkien ma’ ħutha kienet deheritilha l-Madonna.