Tag: Pandemija coronavirus

35 każ ġdid ta’ coronavirus; 25 ifiequ

Komplew jiżdiedu l-persuni pożittivi għall-coronavirus fil-pajjiż hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu total ta' 35 każ ġdid ta' coronavirus. Intant, 25 persuna oħra fiequ.

Bżonn ta’ perjodu qasir ta’ miżuri stretti – Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tħeġġeġ li jkun hemm perjodu qasir ta’ miżuri stretti biex tkun ikkontrollata l-firxa tal-pandemija tal-coronavirus.

Ġenituri jitolbu biex tkun imrażżna l-imxija tal-Covid-19 qabel il-ftuħ tal-iskejjel

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri ta’ Studenti fl-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS) qalet li quddiem ir-rata rekord ta’ każijiet ta’ coronavirus qatt irreġistrata f’24 siegħa, għandhom jittieħdu aktar miżuri biex il-firxa tkun imrażżna.

49 każ ġdid ta’ coronavirus; 41 ifiqu

Fi żmien 24 siegħa nstabu 49 każ ġdid ta' coronavirus fil-pajjiż. Dan ħareġ fl-infografika tal-Ministeru għas-Saħħa ppubblikata llum. Intant jidher li fiequ 41 persuna oħra.

Il-pandemija għamlet aktar ħsara fuq l-edukazzjoni mill-Gwerra Dinjija – Kummissarju

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez qal li l-Edukazzjoni Maltija qatt ma affaċċjat it-tip ta’ problemi maħluqa mill-pandemija tal-coronavirus. Hu qal li s-sitwazzjoni hija ta’ skala wisq akbar minn dik tal-gwerra għax l-edukazzjoni tal-lum għahda aktar saffi u livelli u jinfirxu fuq snin twal, b’ħafna aktar studenti u għalliema mis-snin erbgħin.

Filmat: Il-band Relikc kif użat il-perjodu tal-pandemija biex tiżviluppa l-ħoss tagħha?

Wara tibdil fil-line up tal-band, partikolarment fil-kantant u d-drummer, Relikc kellha taħdem xi ftit biex issib il-ħoss ġdid tagħha wara dawn it-tibdiliet. Skont Luke Grech, il-kitarrist ta’ Relikc, dan il-perjodu ppermetta li jkollhom aktar ċans biex jaħdmu u jiżviluppaw il-ħoss tal-kanzunetta l-ġdida tagħhom Hate That I Love You.

Il-pandemija għallmitna nagħmlu kont mal-biżgħat tagħna – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li jekk hemm xi ħaġa li l-bniedem tgħallem mill-pandemija hija dik li jagħmel kont mal-biżgħat tiegħu stess. Dan qalu waqt il-Quddiesa mill-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija dalgħodu.

Il-pandemija ma ntemmitx u mhux se tintemm – Saħħa Pubblika

Is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika sostniet li importanti li kulħadd iżomm f’moħħu li l-pandemija ma ntemmitx u mhux se tintemm sakemm ikun hemm vaċċin disponibbli.

Ifeġġ każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 7

Hekk kif il-jum tal-bieraħ kiser ir-rekord ta' erbat ijiem konsekuttivi mingħajr każi ġodda tal-coronavirus, illum Malta sebħet għas-sejba ta' każ ġdid. Iżda mal-każ wieħed ġdid jidher li fiqu seba' persuni.

L-ebda każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 3

L-aħħar żviluppi tal-coronavirus f'Malta