Tag: Pandemija coronavirus

Filmat: Il-Knisja ħadet il-pandemija bħala opportunità u sfida – L-Isqof Galea-Curmi

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qal li l-Knisja f’Malta ħadet il-pandemija bħala opportunità u sfida. Hu qal dan f’intervista fuq 103 Malta’s Heart dalgħodu.

155 każ ġdid ta’ coronavirus; 49 ifiequ

155 persuna oħra nstabu pożittivi għall-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa wara total ta' 2,823 swab test. Dan kien ikkonfermat f'infografika mill-Ministeru għas-Saħħa dalgħodu.

Ix-xogħol domestiku żdied fi żmien il-pandemija: Għan-nisa jew għall-irġiel?

Studju li sar mill-Kummissjoni għall-Ugwaljanza jħares lejn id-distribuzzjoni tax-xogħol domestiku fid-dar fi żmien il-pandemija. 58.4% tan-nisa qalu li s-sigħat li qattgħu jagħmlu xogħol domestiku żdied fil-perjodu tal-partial lockdown.

109 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta

Il-każi ġodda tal-coronavirus fil-pajjiż qed ikomplu jiżdiedu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa jidher li nstabu total ta' 109 każi ġodda. Dan wara li saru total ta' 2,561 swab tests.

Il-pandemija tagħlaq il-bibien tal-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara

Patri Arthur Cutajar ħabbar li mil-lum il-Knisja ta’ San Franġisk f’Birkirkara se tkun magħluqa minħabba kwarantina mandatorja.

Unions Maltin jappellaw għal azzjoni immedjata mill-Gvern biex il-pandemija tiġi kkontrollata

Il-Forum Unions Maltin (For.U.M.) appellat sabiex il-Gvern Malti jieħu azzjoni issa sabiex jara li l-pandemija tkun ikkontrollata fil-pajjiż. Il-Forum sostna li jinsab imħasseb ħafna dwar il-mod kif qed tevolvi s-sitwazzjoni fejn tidħol il-firxa tal-coronavirus fil-pajjiż.

29 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 85

29 każ ġdid tal-coronavirus kienu rrappurtati mill-awtoritajiet tas-saħħa nhar it-Tlieta wara 2,116-il swab test fl-aħħar 24 siegħa.

Mad-dħul tat-tfal se nkunu lesti; fadal mistoqsijiet kbar – għalliema tal-iskejjel...

Għalliema li taħdem fl-iskejjel tal-Gvern u li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt assigurat lill-ġenituri li malli l-istudenti jidħlu l-iskola, l-għalliema tal-Gvern se jkunu “prontissimi u lesti”.

Żmien diffiċli li tkun żagħżugħ – il-Prinċep Charles

Il-Prinċep ta’ Wales tkellem dwar l-impatt tal-pandemija fuq iż-żgħażagħ fejn sostna li dan il-perjodu huwa partikolarment diffiċli għal min hu żagħżugħ.

35 każ ġdid ta’ coronavirus; 25 ifiequ

Komplew jiżdiedu l-persuni pożittivi għall-coronavirus fil-pajjiż hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu total ta' 35 każ ġdid ta' coronavirus. Intant, 25 persuna oħra fiequ.