Tag: Owen Bonnici

“Bżonn jitħarrġu fil-governanza tajba” – Repubblika

L-NGO Repubblika semmiet għadd ta’ persuni li se jkunu jagħmlu parti mill-Kumitat dwar il-Governanza li tħoss li għandhom jitħarrġu fil-governanza tajba. Hi qalet li dan għandu jsir ladarba huma “baqgħu ħalqhom magħluq” meta ministru tal-Gver u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru nqabdu b’kumpaniji sigrieti fil-Panama u meta taw vot ta’ fiduċja fl-istess persuni anke wara l-arrest ta’ Yorgen Fenech u l-informazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Filmati u Ritratti: Robert Abela dwar il-kabinett; il-ħatra fit-3.30pm

Il-mistoqsija fuq fomm bosta hija “meta se jkun qed jitħabbar uffiċċjalment il-Kabinett?” Dan hekk kif fis-sigħat li ġejjin, Robert Abela se jkun għalaq jumejn mill-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru ta’ Malta. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li Abela mistenni jiffinalizza l-membri tal-kabinett tiegħu illum.

Jitlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tat-tramuntana ta-Knisja taż-Żejtun

It-tieni fażi tar-restawr fuq il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, li kien jikkonsisti fil-faċċata tat-tramuntana tal-knisja tlesta wara ħidma li damet għaddejja sitt xhur.

Bonnici ma jispjegax għala “aktar faċli bl-Imħallef Mizzi”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li se jirrispetta l-kunfidenzjalità li dwaru kien hemm qbil mal-familja Caruana Galizia waqt laqgħat dwar l-inkjesta pubblika. Ma qalx għalfejn kien jippreferi lill-Imħallef Mizzi għall-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista.

Filmat: X’azzjoni ħadt? “Jien ma ninvestigax” – Owen Bonnici

Il-Ministru Owen Bonnici qal li huwa bħala Ministru għall-Ġustizzja ma jinvestigax pero huwa kkonferma mal-Avukat Ġwenerali li r-rapport għadda għand il-Kummissarju tal-Pulizija.

Victoria Buttigieg tinħatar l-ewwel Avukata tal-Istat

Is-separazzjoni tal-irwoli tal-AĠ tidħol fis-seħħ illum

Filmat: Attivisti jagħmlu lejl jipproteġu l-mafkar ta’ Daphne fil-Belt

Numru ta’ attivisti ddeċidew li jqattgħu l-lejl tagħhom quddiem il-mafkar tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia faċċata tal-Qorti fil-Belt Valletta sabiex jassiguraw li dan ma jiżżarmax.

Joseph Muscat għandu jwarrab minnufih – Delegazzjoni Ewropea

Muscat għadu qed jiddefendi l-mod li bih ħa ħsieb l-investigazzjoni fil-qtil tal-ġurnalista fl-2017.

Filmat: Owen Bonnici jintlaqat minn bajda

Il-Ministru Owen Bonnici dalgħodu ntlaqat minn bajda quddiem Kastilja.