Tag: Ordinazzjoni Episkopali

L-Isqof Grech b’messaġġ lil Patri Cefai fl-Ordinazzjoni Episkopali

Illum Patri Giovanni Cefai M.S.S.P. inħatar bħala l-ewwel Isqof tal-Prelatura Territorjali l-Ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech bagħatlu...

Illejla: Isqof Awżiljarju ġdid għal Malta

Illejla fil-Katidral tal-Imdina Mons. Joseph Galea-Curmi se jiġi ordnat bħala l-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta. Il-Quddiesa tal-ordinazzjoni episkopali, se tibda fis-7pm u se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna. L-Isqof Elett stieden lill-pubbliku għall-ordinazzjoni episkopali tiegħu.F’messaġġ qasir li l-Isqof Elett għamel fl-aħħar tal-velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara, fejn trabba u għex, qal li kellu sena meta tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-knisja fejn saret il-velja. Żied jgħid li mill-komunità ta’ San Ġużepp Ħaddiem tgħallem ikompli jgħix il-valuri li ħa mill-familja tiegħu; valuri insara li awgura li kulħadd jgħix.

Monsinjur Scicluna afdat b’dak li hu l-iktar prezzjuż għal Alla

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona qal li dak li hu l-iktar prezzjuż għal Alla, jiġifieri l-bniedem, qed jiġi fdat f’idejn Monsinjur Scicluna b’sens ta’ fiduċja

L-Insinji Episkopali għall-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Charles J. Scicluna

L-Insinji jinkludu: iċ-ċurkett, il-mitra, il-baklu, u s-Salib Pettorali b'kollha kemm huma għandhom tifsira warajhom.