Tag: Omelija

“Kliem Oliver Friggieri bħall-iskalpell tal-kirurgu – jolqtok biex ifejqek” – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Scicluna waqt il-funeral ta' Prof. Oliver Friggieri

Jagħmel sens li niċċelebraw il-festa ta’ Kristu Re f’nofs pandemija? –...

Hekk kif ilbieraħ il-Knisja Kattolika ċċelebrat il-festa ta’ Kristu Re, l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma qaddes quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb.

‘Fil-Mulej jgħixu għal dejjem:’ ir-riflessjoni tal-Arċisqof f’Jum il-Mejtin Kollha

F’quddiesa fejn attendew qraba tal-vittmi tal-Covid-19 fl-okkażjoni tat-Tifkira tal-Mejtin Kollha, l-Arċisqof Charles Scicluna fittex li joffri kliem ta' faraġ lil kull min esperjenza l-mewt tal-maħbubin tiegħu.

Il-pandemija għallmitna nagħmlu kont mal-biżgħat tagħna – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li jekk hemm xi ħaġa li l-bniedem tgħallem mill-pandemija hija dik li jagħmel kont mal-biżgħat tiegħu stess. Dan qalu waqt il-Quddiesa mill-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur f’Ħal Lija dalgħodu.

Filmat: L-Arċisqof iqawwi qlub dawk li kellhom jirċievu l-Griżma tal-Isqof

L-Arċisqof Charles Scicluna sostna li propju llum, fil-jum tal-Għid il-Ħamsin, il-ħsieb tiegħu jmur għal tant adoloxxenti li kienu qed jippreparaw biex jirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu fil-Griżma iżda ma jistgħux jagħmlu dan minħabba l-pandemija preżenti.

Il-coronavirus mhux kastig ta’ Alla, imma opportunità – L-Arċisqof

“Alla ma jbeżbiżx; Alla mhux kattiv, mhux qalbu iebsa. Imma dak li jiġri madwarna jista’ jgħinna ngħarfu l-għemil ta’ Alla fina”, tenna l-Arċisqof.

“Nitlob lil San Ġużepp iħarisna f’dan il-mument ta’ bżonn kbir” –...

L-Arċisqof Charles Scicluna talab lil San Ġużepp, illum fil-jum iddedikat għalih, sabiex iħares lid-dinja, b’mod speċjali l-Gżejjer Maltin “f’dan il-mument ta’ bżonn kbir”.

“Illejla Christine se torqod waħedha; it-tama u l-imħabba għal dejjem”

Illum fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex sar il-funeral ta’ Christine Gauci, it-tfajla li tilfet ħajjitha traġikament nhar is-Sibt li għadda f’Imġarr ix-Xini.

“Il-Milied iferraħ min-naħa u bħal melħ fuq il-feriti min-naħa oħra” –...

L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex L-Isqof Mario Grech qal li jekk il-Milied min-naħa iferraħ, min-naħa l-oħra jaf ikun bħal melħ fuq il-feriti. Spjega li għal ċerti nies, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied bħal donnhom ikattru n-niket u jtaqqlu l-qlub.