Tag: Olimpjadi

Il-Ġappun jiċħad rapporti li l-Olimpjadi ġew ikkanċellati

Wara rapporti li jikkwotaw sorsi fi ħdan il-gvern ta’ koalizzjoni Ġappuniża...

Il-Kumitat Olimpiku Malti jilqa’ d-deċiżjoni dwar l-Olimpjadi

Il-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) laqa’ d-deċiżjoni li ttieħdet mill-KOI, il-Gvern tal-Ġappun u l-Kumitat Organizzattiv. Dawn iddeċidew li għandhom jipposponu l-Logħob Olimpiku tal-2020, li kellu jsir f’Tokyo, b’sena. Il-Kumitat Olimpiku Malti stqarr li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tas-saħħa tal-atleti u l-pubbliku ġenerali f’dan il-perjodu.

L-Olimpjadi sospiżi għas-sena d-dieħla

L-Olimpjadi ta’ Tokkyo u l-Logħob Paralimpiku li kellhom isiru din is-sena ġew sospiżi għas-sena d-dieħla. Id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-epidemija li għadha qawwija ferm madwar id-dinja. L-avveniment kellu jibdħa nhar l-24 ta’ Lulju, iżda issa mhux se jibda qabel is-Sajf tas-sena d-dieħla.

Il-Kanada tirtira mill-Olimpjadi f’Tokyo

L-uffiċjali Kanadiżi appellaw biex il-Logħob ikun pospost għas-sena d-dieħla b’mod urġenti minħabba l-vajrus li nxtered mad-dinja. Il-kumitat Olimpiku Kanadiż u l-kumitat paralimpiku tal-pajjiż qalu li l-Logħob għandhom jitmexxew b’sena minħabba s-saħħa pubblka

Ipposponu l-Olimpjadi – iċ-Chairman tal-Atletika fl-Ingilterra

Il-bżonn qed jinħass wara li numru ta’ kompetizzjonijiet li jgħinu lill-atleti jikkwalifikaw għall-Olimpjadi tħassru wkoll. L-atleti wkoll ikkritikaw il-pożizzjoni li ħadu l-organizzaturi, b’dawn tal-aħħar ikomplu jinsistu li l-Olimpjadi għandha ssir bejn l-24 ta’ Lulju sad-9 ta’ Awwissu.

Il-Ġappun għadu jippjana li jospita l-Olimpjadi din is-sena

Il-ministru Ġappuniż għall-Olimpjadi qal li l-pajjiż għadu għaddej bil-pjanijiet tiegħu biex ikun jista’ jospità l-Olimpjadi f’Tokyo. Hu saħaq li l-pjan hu li jitħallew jiddaħħlu l-ispettaturi jaraw il-logħob ukoll.

Fil-periklu li jitħassar il-Logħob Olimpiku minħabba l-coronavirus

Il-Logħob Olimpiku jaf jitħassar għal-kollox jekk il-coronavirus tibqa’ ma tiġix ikkontrollata. Dan ħabbru l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku. Il-kap tal-Kumitat Dick Pound qal li l-logħob tas-Sajf mhux se jiġu posposti, iżda se jitħassru kompletament minflok. Hu qal li dan il-pass se jittieħed jekk il-vajrus ma jiġix ikkontrollat.

Tokyo 2020: Il-qafas tas-sodod magħmul minn kartun irriċiklat

Se jkunu jifilħu piż ta’ madwar 200kg.

Inċident fi triqithom lejn Swansea: jweġġa’ eks atleta Olimpika

Young kien fost dawk li weġġgħu meta d-double-decker bus baqgħet dieħla f’pont fejn tgħaddi l-ferrovija.

Ritratti: 6 sigħat ta’ attivitajiet għal 800 scout

Kważi 1,000 persuna llum inġabru fil-grawnd tal-iskola Stella Maris fil-Gżira biex tipparteċipa fl-Olimpjadi tal-iscouts.Din l-attività ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Iscouts f'Malta u fiha pparteċipaw 650...