Tag: NAO

L-NAO jżomm mal-konklużjonijiet tiegħu wara li ra l-MOU li ‘sab’ Abela

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) qal li jibqa’ jżomm mal-konklużjonijiet tiegħu dwar il-konċessjoni li l-Gvern ta lil Vitals Global Healthcare. Dan wara li ra l-memorandum ta’ qbil (MOU) li ‘sab’ il-Prim Ministru Robert Abela.

Mhux etiku jew xieraq li jiġi ppubblikat id-dokument tal-Vitals – NAO

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) mhuwiex etiku jew xieraq li jiġi ippubblikat id-dokument tal-memorandum of understanding tal-Vitals.

M’iniex sodisfatt bil-konklużjonijiet tal-Awditur Ġenerali – Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li mhuwiex sodisfatt bil-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar it-trasferiment tal-isptarijiet.

L-OHSA tistrieħ wisq fuq il-karti – NAO

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) qal li l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tistrieħ wisq il-karti u l-excel biex tipproċessa l-informazzjoni. L-NAO qal li l-OHSA għandha tinvesti f’sistema tal-informatika (MIS) li tkun aktar adegwata biex iżżomm l-informazzjoni.

Ippreżentat ir-rapport annwali tal-NAO

L‑Awditur Ġenerali Charles Deguara ppreżenta r‑Rapport Annwali u Finanzjarju tal‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika (NAO) għas‑sena li għalqet fil‑31 ta’ Diċembru 2019, lill‑Ispeaker tal‑Kamra tar‑Rappreżentanti Anġlu Farrugia.

Dubji dwar għala l-Gvern ħeles mis-sit tal-ITS b’urġenza – Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li qamu dubji dwar għalfejn il-Gvern għażel li jeħles mis-sit tal-ITS f’San Ġiljan.

Il-Kunsilli Lokali jinsabu lura fl-IT – NAO

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) sab li l-kunsilli lokali jinsabu ferm lura fil-qasam tal-IT, bl-ebda kunsill li ġie eżaminat ma jaċċetta ħlas bil-card u mill-kunsill lokali huma 13 biss li għandhom il-laqgħat tagħhom on-demand.

Il-PL u l-PN ma kkonfermawx fejn użaw €200,000 mill-fondi pubbliċi

Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin f’Malta naqsu milli jikkonfermaw jekk €200,000 li ngħataw mill-fondi pubbliċi ntużawx għall-għan propju tagħhom.

60% tal-ispiżeriji tal-POYC ma tawx irċevuta tal-VAT

Aktar minn 60% minn dawn l-ispiżeriji ma kellhomx irċevuta fiskali.

L-Awdituri għadhom jaħsbuha jekk jinvestigawx allegata korruzzjoni ta’ Schembri

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għadu qed jaħsibha jekk għandux jinvestiga l-allegazzjoni li Keith Schembri kien involut f’korruzzjoni fil-proġett tal-wind farms tal-Enemalta f’Montenegro.