Tag: musicals

Daqshekk il-Phantom Of The Opera

Il-produttur Sir Cameron Mackintosh ikkritika lill-Gvern Ingliż billi qal li l-pakkett ta’ salvataġġ ta’ £1.57 biljun għall-arti naqas milli jimmaterjalizza.

Filmat: Il-musical The Wizard of Oz b’xejn mil-lejla

L-istorja ta' Dorothy li tispiċċa bl-art maġika ta' Oz u l-karattri mill-aktar ikkuluriti li tiltaqa' magħhom waqt li tkun qed tipprova ssib is-saħħar li jista' jgħinha tmur lura d-dar.

Filmat: Mil-lejla tista’ ssegwi b’xejn il-musical Hairspray

Ariana Grande, Jennifer Hudson, Kristin Chenoweth kif ukoll l-attur Sean Hayes, li hu magħruf l-aktar għall-interpretazzjoni ta' Jack fis-sensiela komika Will & Grace, huma fost il-protagonisti ta' Hairspray.

Live: Is-sequel ta’ The Phantom of the Opera

Il-musical ikompli l-istorja ta’ The Phantom of the Opera 10 snin wara fi New York City, fejn il-Phantom ħarab biex jibda ħajja ġdida fid-dinja stramba ta’ Coney Island. Christine tkun saret waħda mill-aqwa soprani tad-dinja. Imma ż-żwieġ tagħha ma’ Raoul ma jkunx sejjer tajjeb u jkun hemm bosta diffikultajiet bejniethom.

Filmat: Musicals ta’ Andrew Lloyd Webber b’xejn fuq YouTube mil-lejla

L-ewwel musical li se jitwassal illejla huwa Joseph & The The Technicolour Dreamcoat li kien ittella' fis-sena 2000 bl-atturi Donny Osmond, Joan Collins u Richard Attenborough.

Se jirnexxilhom ma jeqirdux il-Milied?

Kull student jaf li meta tidħol fejn mhux suppost tispiċċa fl-inkwiet! Imma Samuel, George, Peter u Thomas qatt ma basru f’liema basla...