Tag: Multi

620 persuna jeħlu multa għax mingħajr maskra

Mijiet ta’ persuni ġew imwissija li jridu jilbsu l-maskra kullimkien u jilbsuha sew.

Multa ta’ €150 jekk tarmi skart ħdejn iBiNs – GreenPak

Il-GreenPak COOP wissiet lill-pubbliku li kull min jarmi materjal riċiklabbli ħdejn l-iBiNs u jinqabad jagħmel dan fuq kameras tas-CCTV jeħel multa ta’ €150.

154 multa għal persuni li kisru r-regoli dwar l-użu tal-maskri

Matul ix-xahar ta’ Awwissu ħarġu total ta’ 154 multa b’rabta man-nuqqas ta’ użu jew użu ħażin tal-maskri fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus.

71 persuna b’multa ta’ €100

Il-Gven qal li 71 persuna ngħataw multa ta’ €100 talli nstabu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni.

5 persuni b’multa ta’ €100

Ħames persuni ngħataw multa ta' €100 wara li nstabu flimkien. Dan meta gruppi ta' aktar minn erba' persuni jibqgħu mhux permessi minħabba l-pandemija.

Ħadd ma jeħel il-€100

Il-Pulizija ma taw l-ebda multa minħabba l-avviż legali li jwaqqaf persuni milli jinġemgħu fi gruppi ta’ aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi. Dan ikkonfermah il-Gvern fil-bullettin li ta’ kuljum jiġi ppubblikat dwar l-imxija tal-coronavirus f’Malta.

23 persuna b’multa ta’ €100

Tlieta u għoxrin persuna laqqtu multa ta' €100 wara li nstabu fi gruppi ta' aktar minn erba' persuni.

29 persuna b’multa ta’ €100

Total ta' 29 persuna ngħataw multa ta' €100 wara li nstabu fi gruppi ta' aktar minn erba' persuni.

2 persuni jinstabu jiksru l-kwarantina

Żewġ persuni nstabu jiksru l-kwarantina obbligatorja fit-375 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-ebda multa għal min jinqabad bla maskra – il-Gvern

Il-Gvern iċċara li min jinqabad f’xi ħanut waqt li ma jkunx liebes maskra mhux se jeħel multa.