Tag: Monte Karmeli

Sa Diċembru, post ġdid għal kura psikjatrika tat-tfal

Sal-aħħar tas-sena, ix-xogħol strutturali fuq tliet binjiet qrib l-Isptar Monte Karmeli, li minnhom se tingħata kura psikjatrika għal tfal u żgħażagħ taħt it-18-il sena, mistenni jkun lest.

Seba’ xhur ħabs għax traffikat id-droga f’Monte Karmeli

Il-każ imur lura għal Lulju tal-2005, meta t-tfajla kienet qed tingħata l-kura għall-vizzju tad-droga fl-Isptar Monte Karmeli stess.

Aġġornata: Sala ġdida għan-nisa dipendenti mid-droga f’Monte Karmeli

Din is-sala se takkomoda sitt pazjenti nisa u se tkun mgħammra bil-kumditajiet neċessarji nkluż salott, kċina u ġnien li fihom is-sigurtà meħtieġa.

Sospiż impjegat li kellu mġiba indiċenti ma’ pazjenta minorenni

Ġie sospiż l-impjegat tal-Isptar Monte Karmeli li allegatament kellu mġiba indiċenti ma’ pazjenta minorrenni.

L-Isptar Monte Karmeli spiċċa politiċizzat – Mario Galea

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea sostna li l-Isptar Monte Karmeli spiċċa politiċizzat filwaqt li appella lill-Gvern biex jinvestiga allegati abbużi ta’ politika partiġġjana minn ħaddiema fuq pazjenti.

Pulizija aggredita minn pazjenta f’Monte Karmeli

Kuntistabbli tal-pulizija llejla ġiet aggredita minn xi pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli. Il-każ seħħ għal ħabta tas-7.30 tal-lejla.

Erba’ pazjenti f’Monte Karmeli b’doża eċċessiva ta’ mediċina

Tard ilbieraħ filgħaxija erba' pazjenti ġew osservati li ma kinux f’sikkithom. Wara li ġew eżaminati mit-tobba f’Monte Karmeli, intbagħtu Mater Dei biex jinżammu għall-osservazzjoni.

Awdjo: Tfal esposti għal abbuż fiżiku u sesswali f’Monte Karmeli

L-MUMN tisħaq li mhuwiex aċċettabli li tfal taħt is-16-il sena qed jitpoġġew ma’ adulti f’ċerti swali fl-Isptar Monte Karmeli, bil-konsegwenza li qed jiġu esposti għal abbuż sesswali u anke ta’ vjolenza fiżika.

It-tfal li hemm f’Monte Karmeli huma dawk biss li jeħtieġu l-kura

Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa kkonferma ma’ Newsbook li l-pazjenti rikoverati f’dan l-isptar kollha għandhom dawn it-tip ta’ problemi. L-istess japplika għall-pazjenti rikoverati fl-Ibraġġ f’Għawdex.