Tag: Mizuri

MUBE sodisfatta bil-miżuri meħuda mill-banek minħabba l-coronavirus

L-Unjin Maltija tal-Impjegati tal-Bank (MUBE) qalet li hija sodisfatta bl-isforzi li qegħdin isiru minn min iħaddem sabiex jipproteġu lill-impjegati u jiżguraw li jkun hemm kontinwità fin-negozju minkejja l-imxija tal-coronavirus.

Filmat: Daqshekk vjaġġar bejn Malta u Għawdex jekk mhux għall-bżonn

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri se jkun qed iħabbar miżuri ġodda b'rabta mal-imxija tal-coronavirus.

Aktar miżuri mill-BOV: Depożitu ta’ ċekkijiet u muniti

Il-BOV ħabbar għadd ta’ miżuri oħra biex fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus ikompli jnaqqas il-ħtieġa li l-klijenti jżuru l-Fergħat tal-Bank. Fost dawn il-miżuri hemm tibdil fil-mod kif jiġu depożitati ċ-ċekkijiet għal ħaddieħor u depożiti ta' flus fil-banek.

L-IĠM b’ittra lill-PM biex jinkludi lill-ġurnalisti fil-miżuri

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) stqarr li l-ġurnalisti għandhom inklużi fil-miżuri ekonomiċi li tħabbru dan l-aħħar biex il-ġurnaliżmu jkun protett. Dan qaluh f’ittra mibgħuta lill-Prim Ministru li fiha ntqal li xogħol il-ġurnalist hu wieħed essenzjali f’soċjetà demokratika.

Il-Gvern se jkollu jissellef €2 biljun għall-miżuri kontra l-coronavirus – Scicluna

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li partijiet mill-baġit ta' din is-sena mgħandhomx jgħoddu aktar minħabba l-miżuri straordinarji kontra t-tixrid tal-coronavirus.

“Miżuri aħjar imma fadal x’jista’ jsir” – PN

Il-Partit Nazzjonalista sostna li filwaqt li t-tielet pakkett finanzjarju li ħabbar il-Gvern ilbieraħ huwa aħjar minn dawk ta’ qabel, “għad fadal ħafna x’jista’ jsir”.

Il-BOV b’aktar miżuri minħabba l-coronavirus

Il-Bank jappella lill-klijenti tiegħu biex imorru fil-fergħat tiegħu biss għal servizzi urġenti li ma jistgħux isiru minn mezzi diġitali.

Johnson jitlob biex il-pariri tal-Gvern jittieħdu b’aktar serjetà

Boris Johnson wissa li se jieħu miżuri aktar ħorox jekk il-poplu mhux se jieħu bis-serjetà l-pariri tal-Gvern. Il-Prim Ministru Ingliż rringrazzja lil dawk li qed jagħmlu sagrifiċċju, iżda saħaq li n-nies għandhom isegwu l-linji gwida ta’ kif iżommu ‘l bogħod b’mod soċjali. Wissa li jekk mhux se jkunu qed jimxu b’mod responsabbli, se jkollu jimplimenta aktar miżuri.

“Ġieli mmur indur mal-blokk biex forsi nara lil missieri fit-tieqa”

Filwaqt li insista li jaf li s-sitwazzjoni mhi faċli għal ħadd, b’ton imbikkem appella lill-awtoritajiet biex tal-inqas jippermettulhom iħallu l-ikel mal-uffiċjali tas-sigurtà.

Voxpop: Kif inbidlet ħajjitna minħabba l-coronavirus?

Newsbook.com.mt mar sal-Ħamrun jistaqsi lil xi persuni li kienu jinsabu barra kif qed tkun affettwata ħajjithom minħabba s-sitwazzjoni tal-coronavirus. Mistoqsija oħra li staqsejna kienet x'qed jagħmlu biex jevitaw li jiġu nfettati bil-virus.