Tag: Mistoqsija Parlamentari

Skada l-permess tal-estensjoni tal-Addolorata

Skada l-permess tal-MEPA għall-estensjoni taċ-Ċimiterju tal-Addolorata u għalhekk ma jistgħux isiru kuntratti għall-bejgħ ta’ oqbra li kellhom jinbnew fil-parti l-ġdida taċ-ċimiterju.

Ebda dettalji dwar iż-żjara tal-eks Kummissarju tal-Pulizija fl-Italja b’jet privat

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia ma ta l-ebda dettalji dwar żjara li għamel l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit fl-Italja fit-2 ta’ Marzu ta’ din is-sena, u kkwota “raġunijiet ta’ sigurtà”.

Leo Brincat dritt għall-punt

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u l-Bidla fil-Klima Leo Brincat probabbli għandu r-rekord għall-iqsar tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari, almenu f’din il-leġiżlatura.

​Il-Parlament jerġa’ jispiċċa “arena ta’ għajjat”

Il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari fl-ewwel nofsiegħa tas-seduta tal-Parlament illejla reġgħet spiċċat, għal xi ħinijiet, “arena ta’ għajjat” hekk kif deputati min-naħa tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni kienu qed jikkontestaw mistoqsijiet u tweġibiet li kienu qed isiru.

880 divorzju sal-aħħar t’April

Mid-dħul tad-divorzju f’Malta sal-aħħar t’April 2014 kien hemm 880 każ ta’ divorzju li ġew reġistrati b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin. Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-deputat Nazzjonalista Chris Said.

​20 minuta għal Mistoqsija Parlamentari waħda

Il-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament illejla ttieħed fil-parti l-kbira tiegħu minn Mistoqsija Parlamentari waħda – jew aħjar, minn battibekk bejn deputati tal-Gvern u dawk tal-Oppożizzjoni dwar it-tweġiba mogħtija.

Mistoqsija ta’ MP tikxef ħlas doppju ta’ ħaddiem

Mistoqsija Parlamentari li kien għamel id-deputat Nazzjonalista Charlò Bonnici lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo wasslet biex persuna li kien qed igawdi minn ħlas doppju, jinkixef.

Tintalab tinfetaħ inkjesta fuq l-operat tal-Fond għall-Kawżi Ġusti

Il-Partit Laburista talab li jkun hemm inkjesta mill-Awditur Ġenerali sabiex ikun investigat l-operat tal-Fond għall-kawżi ġusti.

505 talba għall-Maħfra Presidenzjali f’4 snin

Din is-sena kien hemm 72 talba sal-24 ta’ Ottubru