Tag: Mistoqsija Parlamentari

​239 infermiera barranin impjegati fl-aħħar 5 snin

Il-Gvern impjega 239 infermiera barranin bejn l-2010 u din is-sena.

​Iċ-Chairman tal-Gozo Channel jitħallas €25,000 inqas

Iċ-Chairman attwali tal-Gozo Channel qed jitħallas €25,000 inqas miċ-Chairman li kien imexxi l-kumpanija fl-2010.

​Kull ċiklu ta’ IVF fil-privat jiswa lill-Gvern €3,500

Kull ċiklu tal-IVF li jsir mis-settur privat jiġi jiswa €3,500 lill-Ministeru tas-Saħħa.

​Malta timporta laħam tat-tiġieġ miċ-Ċina

Din is-sena s’issa Malta impurtat, f’għaxar okkażjonijiet differenti, laħam tat-tiġieġ miċ-Ċina.

Bartolo jerġa’ jkun l-uniku Ministru li jwieġeb Mistoqsija Parlamentari komuni

Evarist Bartolo reġa’ kien l-uniku Ministru li ta ċifra għal Mistoqsija Parlamentari komuni li saret lill-Ministeri kollha, li talbet kemm “nies għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013” u jagħti breakdown tat-talbiet li saru.

€12,000 f’safar għall-Prim Ministru u martu f’6 vjaġġi

Il-Prim Ministru kien akkumpanjat minn martu fuq sitt vjaġġi uffiċjali mill-bidu tal-leġiżlatura s’issa. B’kollox, l-ispiża tal-biljetti tal-ajru telgħet għal €12,099.

​Il-P&R aktarx ma jgħaddix għand l-operatur ġdid tat-trasport pubbliku

Il-Gvern, permezz ta’ Transport Malta, qed jikkunsidra li s-servizz tal-Park & Ride ma jgħaddix għand l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku, li mistenni jibda jħaddem is-servizz mis-sena d-dieħla.

Ma jweġibx dwar l-istudju għal pont l-għada li dettalji ħarġu pubbliċi

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nhar it-Tnejn ma weġibx fil-Parlament għal Mistoqsija Parlamentari dwar l-ispejjeż ta’ pont bejn Malta u Għawdex u l-konsultazzjoni li saret minn China Communications Construction Company.

Każijiet ta’ allegat korruzzjoni investigati wara t-tneħħija tal-preskrizzjoni

Hemm sitt każijiet ta’ allegat korruzzjoni li qed jiġu investigati mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni wara li s-sena li għaddiet tneħħiet il-preskrizzjoni f’reati ta’ korruzzjoni.

​Każ ta’ scabies fi skola imma ebda każ t’allarm

Fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar feġġ każ ta’ scabies fl-aħħar jiem imma l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħadu l-passi kollha meħtieġa.