Tag: Mistoqsija Parlamentari

Serqa kull jumejn f’Għawdex

4 biss solvuti

Mistoqsijiet parlamentari mhux imwieġba sentejn u nofs wara

Il-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi u l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona baqgħu ma weġbux mistoqsijiet parlamentari li oriġinarjament saru mill-Oppożizzjoni fl-2013.

Tintalab investigazzjoni dwar mistoqsijiet mhux imwieġba

Deputat Nazzjonalista jallega li l-Ministru qed jiddejjaq iwieġeb mistoqsijiet li l-informazzjoni dwarhom faċilment tista' tinkiseb

Jonqos in-numru ta’ residenti f’Kordin

Il-Ministru Abela qal li sal-aħħar tal-2013 kien hemm 615 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin filwaqt li fl-aħħar tal-2014 kien hemm 581 persuna.

Possibilità ta’ żewġ lukandi ġodda fil-Mellieħa

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kkunsidrat żewġ applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukanda b’erba’ stilel u oħra b’ħames stilel fil-Mellieħa.

Sa Settembru d-Direttorat għall-Ambjent jinqata’ mill-MEPA

Sal-aħħar tas-Sajf li ġej id-Direttorat tal-Ambjent se jkun qed jinqata’ minn dak tal-Ippjanar li bħalissa qegħdin taħt awtorità waħda li hi l-MEPA.

​75 Pulizija reġgħu bdew jagħtu servizz

Minn Marzu 2013 sal-bidu ta’ dan ix-xahar, 75 uffiċjal tal-Pulizija reġgħu ddaħħlu fil-Korp biex jagħtu servizz.

Fil-qrib ​Malta se tibda tiġi irreklamata bit-Tork u ċ-Ċiniż

Is-sit elettroniku tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, www.visitmalta.com, se jibda jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika bit-Tork u biċ-Ċiniż fi ftit ġimgħat oħra.

​Kważi 3 minn kull 4 li jidħlu l-Emerġenza jmorru minn jeddhom

Kważi tliet persuni minn kull erbgħa li jmorru d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jmorru hemm minn jeddhom.

€16.6 miljun fi frodi mill-benefiċċji soċjali fl-aħħar 5 snin

L-abbuż minn benefiċċji soċjali fi kważi ħames snin fisser frodi ta’ €16,653,694.