Tag: Missjoni

Jinġabru €570,000 għal Missio Malta

Waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal Missio Malta nġabret is-somma ta’ €574,145.

Missjoni u viżjoni għall-Maltin kollha – Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-istqarrija ta’ viżjoni u missjoni li issa adotta hija waħda li jistgħu jidentifikaw magħha l-Maltin kollha. Fi stqarrija, il-PN qal li permezz ta’ dan qed jikkonferma li huwa partit taċ-ċentru f’sinfonija mal-aspirazzjonijiet tas-soċjetà Maltija.

Filmat: Oħloq Tbissima tieħu xejra differenti

Id-Direttur ta’ CPi Media, Fr Louis Mallia MSSP spjega li frott il-Covid-19, il-maratona ta’ din is-sena se jkollha sinifikat iktar qawwi frott il-pandemija li ħakmet lid-dinja kollha.

Aid to the Church in Need tagħlaq 6 snin mit-twaqqif tagħha...

Dan ix-xahar l-Aid to the Church in Need (ACN), organizazzjoni Pontifiċja tal-Karità li tgħin lill-Insara ppersegwitati u oppressi madwar id-dinja, qiegħda tfakkar is-sitt anniversarju mit-twaqqif tagħha f’Malta.

L-Imqabbin jiġbru aktar minn €22,000 għall-missjoni fil-Perù

Dun John Curmi, kappillan tal-parroċċa tal-Imqabba, ħabbar li f’temp ta’ ftit ġranet inġabru aktar minn €22,000. Dawn il-flus se jiġu mgħoddija lil Dun Raymond Portelli qassis Għawdxi, tabib u missjunarju fil-Perù fejn hu jmexxi klinika żgħira, barra l-parroċċa.

L-Isqof Giovanni Cefai jappella lill-Maltin biex jgħinu lin-nies tal-Perù

L-Isqof Giovanni Cefai appella lill-Maltin biex jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom biex jgħinu lin-nies tal-Perù, li hu jgħix u jaħdem fosthom, f'dan iż-żmien diffiċli.

“Ħadd ma seta’ jippreparani għas-sejba ta’ tarbija” – Georgiana

“Aħna minn dejjem urejna x-xewqa li mmorru għall-missjoni, u b’hekk inkunu nistgħu nużaw il-ħiliet professjonali tagħna biex ngħinu lil min hu fil-bżonn, lil hinn minn art twelidna. Għalhekk, din il-missjoni ġiet bħax-xoqqa f’moxta, sabiex bħala koppja miżżewġa, ngħaqdu ż-żewġ professjonijiet tagħna f’daqqa, u naħdmu fuq proġett ieħor, mal-Mission4Changes. Xogħlna kien li mmorru ngħixu f’orfanatrofju tat-tfal abbandunati, flimkien mas-sorijiet ġewwa Jhansi, fl-Indja,” bdew biex jirrakkuntaw,

Ta’ 85 sena jmur il-Gwatemala jkompli l-missjoni

Dun Ġużepp Camilleri, qassis Għawdxi ta’ 85 sena għamel snin twal iservi fl-Istati Uniti tal-Amerika. Huwa ddeċieda li flok jirritorna lura f’art...

“Ġieħ għall-pajjiż li persuni jiddedikaw ħajjithom għall-missjoni” – Delia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li huwa ta’ ġieħ għall-pajjiż li persuni jiddedikaw ħajjithom għall-missjoni. Hu qal dan meta ltaqa’ mal-Isqof il-ġdid ta’...

Ara kif tista’ taqsam il-missjoni tiegħek wara appell mill-Papa

Il-Papa Franġisku ddikjara x-xahar ta’ Ottubru tal-2019 bħala x-xahar straordinarju tal-missjoni (EMM) skont l-għaqda Missio Malta.Fi stqarrija l-għaqda qalet li minħabba f’hekk ix-xahar ta’...