Tag: Mintoff

Destiny, logħba li swiet is-somma rekord ta’ €400 miljun

Huwa fatt magħruf li l-logħob elettroniku jiswa’ ħafna flus sabiex jiġi kreat iżda ċ-ċifra ta’ ftit inqas minn €400 miljun hija kemm xejn eżaġerata. Daqshekk nefqet il-kumpanija, Bungie biex ħarġet il-logħba bl-isem ta’ Destiny.

L-Ukraina twissi dwar gwerra kontra r-Russja

​Il-President Ukren Petro Poroshenko wissa li l-kriżi fl-Ukraina tant marret għall-agħar fl-aħħar jiem li hi biss ftit il-bogħod milli tispiċċa fi gwerra “fuq skala sħiħa” kontra r-Russja

Il-Frontex għandha bżonn regoli definiti u realistiċi – Miriam Dalli

Il-Kummissjoni Ewropea taċċetta li mhux ġust li pajjiż wieħed iġorr ir-responsabilità tas-salvataġġ tal-immigranti u għalhekk skont Dalli, il-Kummissjoni issa għandha d-dmir li tara li jkun hemm qsim ġust tar-responsabilitajiet.

Awdjo: “L-attakki f’Gaża qishom attakk fuq dar f’Malta għax fiha jgħix...

Għal dawn l-aħħar erba’ snin, din kienet il-ħajja ta’ kuljum ta’ Karl Schembri, ġurnalist Malti li ħalla din il-gżira biex iduq ftit mill-imrar tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina.

​Il-Belġju għalqu l-kwadru tal-kwarti tal-finali

Kevin De Bruyne fit-93 minuta u Romelu Lukaku fil-105 minuta, taw ir-rebħa tard f’partita mill-aktar eċċitanti li l-Belġju kellhom mal-Istati Uniti tal-Amerka.

Tfajla li bilmod qed tinbidel f’ġebel

Żagħżugħa ta’ 18-il sena mill-Ingilterra qed tagħmel dak kollu possibbli biex tgħix ħajja normali, minkejja li tbati minn kundizzjoni medika rari li eventwalment se tbiddel lil ġisimha f’ġebel.

Jonxru l-ħwejjeġ f’postijiet pubbliċi

Persuni oħra li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt sostnew li affarijiet ta’ din ix-xorta isiru f’postijiet oħra, speċjalment f’ġonna u postijiet pubbliċi madwar Malta.

Illum possibbilment l-aħħar laqgħa tal-Kabinett qabel ir-reshuffle

Sorsi qrib Kastilja sostnew ma' Newsbook.com.mt li probabbli l-Prim Minsitru se jħabbar it-tibdil fil-Kabinett nhar il-Ħamis li ġej.

Yana Bland Mintoff fost il-konsulenti ta’ Coleiro Preca

L-isem ta’ Yana Bland Mintoff, bint l-eks Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Duminku Mintoff, hu l-ewwel wieħed fil-lista ta’ konsulenti li l-Ministru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca poġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra llejla.

L-Udjenza tal-Papa: L-importanza tal-quddies u t-tqarbin

Il-Papa qal li bl-Ewkaristija l-insara iħossu li huma parti mill-Knisja, mill-Poplu ta’ Alla, mill-Ġisem ta’ Alla u minn Ġesù Kristu u jingħaqdu mal-Missier.