Tag: Ministru Julia Farrugia Portelli

Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar jibda llejla minn Għawdex

Fis-sessjoni li se ssir fix-Xagħra se jkunu qegħdin jipparteċipaw il-kumpanija Svizzera La Pirotecnica Sagl, CSP Pyrotechnique ta’ Franza u l-kumpanija Taljana Polleggi Pyrotecnics.

Tmiem il-ġimgħa rilassanti f’Wied iż-Żurrieq

L-attivitajiet, kemm is-Sibt kif ukoll il-Ħadd 25 u 26 ta’ Lulju, se jkunu mifruxin fuq 13-il siegħa kull ġurnata, mid-9.00am sal-10.00pm.

Filmat: “Xhieda li l-Belt Valletta qiegħda terġa’ tieħu postha bħala ċ-ċentru...

Jason Micallef qal li “ninsabu ħerqanin biex nilqgħu lill-pubbliku ġewwa l-Belt Valletta għal dan l-avveniment li mhux ta' min jitilfu - kuncert li se jkompli jiġbed nies ta’ kull età lejn il-Belt bħala parti mill-ħidma tagħna lejn ir-riġenerazzjoni soċjali, kulturali u ekonomika tal-Belt Valletta, kif ukoll parti mil-legat ta' Valletta 2018.”

Evalwati numru ta’ opportunitajiet varji fin-niċċa tat-turiżmu sportiv

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret l-istadium nazzjonali u l-kumpless sportiv tal-Malta Football Association f’Ta’ Qali fuq stedina tal-istess MFA. F’din iż-żjara saret laqgħa fejn fiha ġew evalwati numru ta’ opportunitajiet varji partikolarment fin-niċċa tat-turiżmu sportiv.

58 produzzjoni lokali ngħataw fondi mill-2013 s’issa

Fil-Parlament, Farrugia Portelli spjegat li mill-2013 ‘l hawn inġibdu 58 produzzjoni lokali li bejniethom kienu allokati kważi €2 miljuni. Hi ma daħlitx fid-dettal dwar min kienu u kemm ħadu b’mod individwali.

L-appartamenti li jinkrew għall-vaganzi rduppjaw mill-2013 s’issa

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ppreżentat lista ta’ residenzi li qed jintużaw għal kirjiet qosra jew għall-vaganzi fejn kien jidher li mill-2013 sal-2020, ir-residenzi tat-tip irduppjaw.

Se jitħassar il-kuntratt ta’ €80,000 lil Konrad Mizzi

Saħqet li l-kuntratt se jiġi tterminat