Tag: Ministru Għawdex

Ma jweġibx dwar l-istudju għal pont l-għada li dettalji ħarġu pubbliċi

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo nhar it-Tnejn ma weġibx fil-Parlament għal Mistoqsija Parlamentari dwar l-ispejjeż ta’ pont bejn Malta u Għawdex u l-konsultazzjoni li saret minn China Communications Construction Company.

​Il-pixxina kif proposta f’Għawdex mhix fattibli – il-Ministru

Il-Ministru għal Għawdex, fil-Parlament, qal li l-pixxina għall-gżira t’Għawdex kif proposta mill-Gvern preċedenti “ma kinitx fattibbli”.

Jitnieda ktejjeb dwar is-saċerdoti Għawdxin

Fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mit-twaqqif tad-Djoċesi f’Għawdex, ġiet imnedija l-pubblikazzjoni Ordinazzjonijiet ta’ Qassisin Djoċesani Għawdxin (1864-2014).

​Id-dar ġdida tal-anzjani se tkun l-ewwel waħda tal-Gvern f’Għawdex għall-miżżewġin

Id-dar ġdida li l-Gvern se jkun qed jibni għall-anzjani f’Għajnsielem se tkun l-ewwel waħda mmexxija mill-Gvern li tippermetti lil koppji anzjani Għawdxin jibqgħu jgħixu flimkien.

Inizjattiva għal titjib fl-ambjent u l-prodott turistiku Għawdxi

Tnediet mill-ġdid l-inizjattiva ‘field service’, li għandha l-għan li ttejjeb il-livell ta’ manutenzjoni u ndafa tal-postijiet pubbliċi fl-ibliet u fil-kampanja f’Għawdex.

Awdjo: Każ Gozo Channel: “Stajna konna aktar sensittivi u nikkomunikaw aħjar”...

F’intervista waqt il-programm Reporter fuq TVM, il-Prim Ministru qal li jidher li “ħaddieħor kien jippreferi li l-Ministru joqgħod ċiċċi beqqi ma jagħmel xejn”.

Awdjo: 300 student igawdu minn investiment ta’ €260,000 fl-iskola

Madwar 300 student li jattendu l-Iskola Sekondarja tal-Bniet fil-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex, qed igawdu minn faċilitajiet ġodda li huma parti minn proġett li tlesta dan l-aħħar.

12-il kumpanija interessati fl-iżvilupp ta’ terminal tal-cruiseliner f’Għawdex

Uħud mill-kumpaniji interessati ġejjin mill-Iżvezja, Spanja, il-Greċja u t-Turkija. Is-sejħa ta’ espressjoni ta’ interess se tagħlaq fl-aħħar ta’ Settembru.