Tag: Ministru għas-Saħħa Chris Fearne

Ittra se tgħidlek meta għandek tmur tieħu l-vaċċin tal-Covid-19 – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li malli l-vaċċin ikun illiċenzjat biex jibda jitqassam u jasal Malta, iċ-ċittadini se jkunu qed jirċievu ittra bid-dettalji ta’ meta, x’ħin u fejn se jkunu qed jieħdu l-vaċċin.

Il-Ministru Chris Fearne magħżul fi grupp internazzjonali ta’ esperti

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, intagħżel biex jifforma parti minn grupp internazzjonali ta’ esperti. Dan tħabbad fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa llum waranofsinhar.

“Ir-regoli tal-funerali se jiġu rilassati” – il-Ministru Fearne

Edizzjoni speċjali ta’ Newsbook Q&A l-Ġimgħa fid-9:30am. fuq Newsbook.com.mt u Facebook Live.

Jinqabżu l-200,000 swab test f’Malta – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum inqabżet il-marka tal-200,000 swab test minn meta beda jsir l-ittestjar għall-coronavirus fil-pajjiż.

Filmat: X’qalu dawn l-ulied lil missirijiethom f’Jum il-Missier?

“Meta nagħmlu xi ħaġa tajba, kważi dejjem tkun grazzi għall-valuri li jkunu nisslu fina l-ġenituri tagħna,” qal il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Dan qalu f’filmat fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier.

Żewġ vaċċini kontra l-meninġite b’xejn għat-trabi ta’ din is-sena

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne nieda żewġ vaċċini ġodda għal kontra l-meninġite li se jibdew jingħataw lit-trabi li twieldu din is-sena. Dawn huma kontra l-meninġite B u kontra l-meninġite ACWY.

Filmat: Il-vouchers ma jistgħux jintużaw f’gyms – Scicluna

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qed jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu b'rabta mal-inizjattivi mħabbra lbieraħ permezz ta' baġit multi-miljunarju.

Filmat: Ħidma fl-Isptar Mater Dei għal sala għal mard infettiv u...

Fl-Isptar Mater Dei għaddej xogħol strutturali biex tinbena unit speċjalizzata fejn se jkunu trattati pazjenti b’każijiet rari ta’ infezzjoni li jkunu ta’ riskju għoli li jinxtered fil-komunità. Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa kien spjegat li s-sala se tkun fi ħda is-sala għall-mard infettiv.

Wieħed mis-6 vittmi ma mietx bil-Covid-19; problemi fil-musrana

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr li fil-każ tas-sitt persuna rrappurtata bħala vittma tal-coronavirus, il-virus ma kienx il-kawża prinċipali tal-mewt.

L-OHSA qed tiffoka fuq il-kostruzzjoni biex nevitaw traġedja oħra – Fearne

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-OHSA, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, qed tagħti importanza kbira lis-settur tal-kostruzzjoni biex tkun evitata traġedja oħra.