Tag: Ministru Finanzi

Il-Gvern jikkonferma li ntalab iktar informazzjoni dwar il-Baġit

Il-Ministeru tal-Finanzi kkonferma li l-Kummissjoni Ewropea talbet iktar informazzjoni lill-Gvern Malti b’rabta mal-Baġit imħejji għas-sena d-dieħla. Il-PN jgħid li Edward Scicluna, bħal Joseph Muscat, ma jistax jitwemmen.

​Il-Gvern se jniedi żewġ skemi volontarji biex togħla l-pensjoni

Il-Gvern se jintroduċi żewġ skemi volontarji li t-tnejn se jkunu abbinati ma' roħs fit-taxxa tad-dħul – il-ħolqien ta’ pensjoni privata u Individual Savings Account.

Aġġornata: Iż-żieda tal-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €1.16 fil-ġimgħa

Iż-żieda tal-għoli tal-ħajja, fil-Baġit 2015, mistennija tkun ta' €1.16 fil-ġimgħa. Il-Gvern qed jikkunsidra jdaħħal ukoll rifużjoni tat-taxxa għal min iħallas assikurazzjoni medika privata.

Il-PN jakkuża lill-Gvern b’qerq fl-interpretazzjoni tal-istatistika

Il-Partit Nazzjonalista akkuża lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li pprova jqarraq biex jgħatti ż-żieda sostanzjali ta’ ħaddiema mill-Gvern.

​Il-Gvern se jaħdem għal sistema tat-taxxa inqas kumplessa

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna sostna li l-Gvern huwa impenjat li jassigura li s-sistema tat-taxxa f’Malta tkun waħda li tiffaċilita u tattira l-investiment.

Filmat: “F’Malta neqsin min-nies ta’ kalibru” – Il-Ministru Edward Scicluna fil-Parlament...

Waqt li kien qed jitkellem fil-Parlament Ewropew quddiem il-membri ewroparlamentari, il-Ministru Scicluna qal li jammetti li l-Gvern messu għaġġel inqas dwar il-liġi tal-bejgħ taċ-ċittadinanza.

It-telf mit-taxxa tad-dħul jista’ jitpatta b’taxxa indiretta

Il-Ministeru għall-Finanzi issottometta b’mod formali lill-Kummissjoni Ewropea, il-Programm ta’ Sħubija Ekonomika (EPP) u Rapport fuq Azzjoni Effettiva, li jiddeskrivi l-pjan tal-Gvern biex jagħlaq l-2013 b’defiċit ġenerali taħt it-3%.

L-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ qabel il-baġit

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna lbieraħ indirizza l-ewwel laqgħa ta' konsultazzjoni pubblika ta' qabel il-baġit 2014, li saret f'lukanda ewlenija fil-Furjana.

Il-Ministru tal-Finanzi f’laqgħa mal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa

Ġiet diskussa l-possibilta` li jiżdiedu l-attivitajiet għat-tfal wara l-ħin tal-iskola sabiex ġenituri jkollhom iżjed liberta’ biex jaħdmu.

Tintalab tinfetaħ inkjesta fuq l-operat tal-Fond għall-Kawżi Ġusti

Il-Partit Laburista talab li jkun hemm inkjesta mill-Awditur Ġenerali sabiex ikun investigat l-operat tal-Fond għall-kawżi ġusti.