Tag: Ministeru Tas Saħħa

Għada jiftħu żewġ hubs oħra għall-ittestjar tal-coronavirus

Iċ-ċentru l-ġdid f’Malta se jkun fil-Luxol Grounds f’Pembroke, u bħaċ-ċentru ta’ Ħal Farruġ, dan se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sat-20.00. Iċ-ċentru l-ġdid fit-terminal tal-helipad, fix-Xewkija Għawdex, se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sas-14.00.

€3.5 miljun għar-riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Mall fil-Furjana

Tħabbar investiment ta’ madwar €3.5 miljun f’riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Mall fil-Furjana waqt żjara mill-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, minn membri tal-Kunsill Lokali tal-Furjana u minn uffiċjali...

Tarbija tat-twelid bil-meninġite tittieħed l-isptar

Tarbija tat-twelid ttieħdet l-isptar fejn qed tiġi rikoverata għall-meninġite. Fi stqarrija il-Ministeru tas-Saħħa qal li dan il-każ ma għandux x'jaqsam mal-każ l-ieħor ta' meninġite...

60 każ ġdid ta’ HIV sal-aħħar ta’ Ottubru

Sa Ottubru kien hemm 60 każ tal-HIV ġdid irrappurtat, 15-il każ iktar mis-sena ta’ qabel. Fl-2016 kien hemm 63 każ ġdid filwaqt li fis-sena...

Terapija b’xejn għall-koppji bi problemi sesswali

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kif ħabbar servizz ġdid ta' terapija bla ħlas għall-koppji li għaddejjin minn problemi fir-relazzjoni sesswali tagħhom.

Jintlaħaq qbil bejn l-UĦM u l-Ministeru tas-Saħħa

Se jiġu sospiżi l-azzjonijiet industrijali kollha fis-servizzi dwar l-Allied u l-Paramedic Aides.

Azzjoni industrijali mill-Paramedic Aides min-nhar it-Tnejn

L-Unjin Ħaddiema Magħqudin qed issejjaħ azzjoni industrijali għall-Paramedic Aides min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan minħabba li ma ġiex onorat il-ftehim li sar bejn it-Taqsima tas-Saħħa tal-UĦM u l-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa.

​105 direct order mill-Ministeru tal-Edukazzjoni fl-aħħar sena

Fl-aħħar sena, mill-aħħar ta’ Settembru 2013 sal-1 t’Ottubru li għadda, l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol taw 105 direct orders.

​Il-pilloli tal-pressjoni jerġgħu in-stock

Wara xahar out of stock, dawk li jieħdu l-pilloli Atenolol jistgħu jerġgħu jibdew jiġbruhom mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.

Il-MAM tissospendi l-azzjonijiet industrijali ta’ nhar it-Tlieta

Fost l-azzjonijiet kien se jkun hemm stajk ta’ siegħa mit-tobba fis-settur kollu tas-saħħa.