Tag: Ministeru għall-Familja

€560,000 f’għajnuna għal tfajliet bla saqaf fuq rashom

Dar Tereża Spinelli sservi ta’ xelter 24 siegħa kuljum għal nisa li jkunu spiċċaw barra

L-FSWS tħabbat wiċċha ma’ 50 każ ta’ traffikar uman f’sena

Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ħabtet wiċċha ma’ 48 każ ta’ traffikar ta’ persuni kull sena fl-2018 u l-2019. Dan qalu l-Ministru għall-Familja Michael Falzon fil-Parlament.

Aktar minn 680 każ ġdid ta’ vjolenza domestika identifikat f’sena

Matul l-2019, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali rat 683 każ ġdid ta’ vjolenza domestika minn total ta’ 1,324 każ li ħadmet fuqu.

X’tibdil se jkun hemm fiċ-childcare centres?

Ġenituri li minn għada se jerġgħu jibdew iħallu lil uliedhom fiċ-childcare centres mhux se jkunu penalizzati jekk ikun hemm ġranet fejn jiddeċiedu li jżommu lil uliedhom id-dar minflok. Qabel, ġenituri li jfallu mingħajr raġuni valida kienu jkunu f’riskju li jitilfu l-post ta’ wliedhom miċ-Childcare Centre.

133 ġenitur qed jitħallew jiltaqgħu ma’ wliedhom online b’superviżjoni

B’kollox bħalissa qed isiru 133 sessjoni b’superviżjoni bejn ġenituri u wlied li nfirdu minħabba l-coronavirus. Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Ministeru għall-Familja hi u twieġeb diversi mistoqsijiet tal-kamra tal-aħbarijiet dwar id-digriet li daħal fis-seħħ ix-xahar li għadda.

Sponsorships lill-istudenti tal-gamifikazzjoni mill-Ministeru għall-Familja

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u l-Università ta’ Malta ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim fuq proġett li jinvolvi d-disinn, minn studenti tal-IT fl-Università fuq prototip ta’ gamifikazzjoni intenzjonat li jeduka lit-tfal tal-iskola fuq il-kapaċità finanzjarja.

€191,000 mill-Gvern għat-tisħiħ ta’ servizzi għall-persuni LGBTIQ

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali estenda l-ftehim soċjali li kellu mal-Malta Gay Rights Movement (MGRM).

L-ittra tal-pensjoni se tasallek xahar wara

Filwaqt li qabel il-pensjonanti kienu jirċievu żewġ ittri lill-pensjonanti b’informazzjoni differenti, minn din is-sena, iż-żewġ ittri li joħorġu biss għal skop ta’ informazzjoni, se jkunu amalgamati f’ittra waħda. Minħabba f’hekk, din l-ittra se tasal xahar aktar tard.

Għada joħorġu l-pagamenti taċ-children’s allowance

Għada se joħorġu l-pagamenti taċ-children’s allowance flimkien mal-għajnuna supplimentari. Dan ħabbru l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Huma spjegaw li dawn il-pagamenti se...

Filmat: One-stop-shop ieħor għas-servizzi tal-Gvern

Infetaħ one-stop-shop ieħor fil-Furjana għas-servizzi tal-Gvern bħala ċentru għas-servizz tal-familja li se jkun qed joffri diversi servizzi speċjalizzati fosthom.Dan tħabbar mill-Ministeru għall-Familja lbieraħ, fejn...