Tag: Mill-Kċina taz-Zija

Irtirar mis-suq tal-Ful u Qaqoċċ tal-friża ta’ Mill-Kċina taz-Zija bħala prekawzjoni

Wara li riċentament sar ittestjar fuq il-Ful tal-marka Mill-Kċina taz-Zija 450g (Batch No. CA26419 bid-data ta’ skadenza tkun l-aħħar ta’ Settembru 2021) fejn irriżulta li kien hemm livell ta’ Benzalkonium chloride li huwa iktar għoli minn dak li tippermetti l-UE, Alf. Mizzi & Sons Marketing Ltd., id-distributur ta’ dan ilprodott, iddeċieda illi jirtira mis-suq il-prodotti tal-friża kollha li huma mmanifatturati fl-istess impjant Eġizzjan.

Tikolx dan il-ful għax fih ħafna pestiċida

Il-pubbliku m'għandux jiekol il-ful imqaxxar ta' wieħed mil-lotts tad-ditta Mill-Kċina taz-Zija.