Tag: Midalji Fidda

Filmat: Jikseb il-fidda wara sena ta’ taħriġ

Għalkemm stqarr li jħoss li ma tantx għamel suċċess akkademikament, li wasal sal-Ispecial Olympics għalih hi xi ħaġa speċjali ħafna. Warren ilu jipprattika l-isport tat-table tennis għal din l-aħħar sena u din kienet l-ewwel darba li ħa sehem f’kompetizzjoni fuq livell ewropew.

Filmat: 58 midalja għal Malta fl-Ispecial Olympics

32 atleta Malti rebħu bejniethom 24 midalja tad-deheb, 16 tal-fidda u 18 tal-bronz waqt l-edizzjoni tal-logħob tas-sajf tal-Ispecial Olympics Europe ta’ din is-sena.

​Filmat: Rebbieħ fl-Ispecial Olympics…u fil-ħajja

Jekk hawn żagħżugħ li jemmen li d-determinazzjoni tista’ twassal għal riżultati sbieħ dan hu John Paul Fenech li rnexxielu jirbaħ fl-Ispecial Olympics, u fil-ħajja.

Filmat: Id-diżabilità mhux se twaqqafhom milli jirbħu midalji Olimpiċi

Grupp ta’ 37 żagħżugħ Malti, li għandhom diżabilità mentali, se jkunu qed jirrapreżentaw lill-Malta fl-Ispecial Olympics għall-pajjiżi Ewropej fil-Belġju.

Midalja tal-Fidda għat-Tim Nazzjonal Malti tal-Baskitbol

Midalja tal-Fidda storika mirbuħa mit-Tim Nazzjonali Malti tal-Baskitbol tal-irġiel li kien qed jikkompeti fil-FIBA European Championship for Small Countries li saru f’Ġibiltà.

​Maħbubin fl-Isport

Arianna Fontana wara li rebħet il-midalja tal-fidda fil-500 metru fuq is-silġ, marret tiġri u ntefgħet tbus l-għarus tagħha Anthony Lobello.

Aġġornata: William Chetcuti jirbaħ midalja tad-deheb għal Malta

It-Tiratur Malti William Chetcuti rebaħ l-aqwa midalja tad-deheb li qatt intrebħet minn Malta waqt il-Logħob tal-Mediterran li qed isiru f’Mersin fit-Turkija.

Total ta’ 26 midalja għal Malta

Illejla jiġu fi tmiemhom il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li saru fil-Lussemburgu. Newsbook tkellem mad-direttur tal-isports Ivan Balzan, li spjega kif illum Malta rebħet tliet midalji tal-fidda u tnejn tal-bronż kollha fl-atletika.