Tag: Membru Parlamentari

Interrogaw lill-uffiċjali tal-Enemalta u n-negozjanti bi sħab ma’ Fenech – Azzopardi

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Jason Azzopardi wera t-tħassib tiegħu hekk kif il-pulizija għadhom ma interrogawx diversi persuni, inkluż in-negozjanti bi sħab ma’ Yorgen Fenech fil-konsorzju tal-Electrogas, uffiċjali tal-Enemalta, u l-eks Ministru Konrad Mizzi.

Jum speċjali għal Miriam u John

Huma għandhom żewġt ulied, Jack u Kane.

Min jieħu post Chris Cardona m’għandux ikun MP – Zammit Lewis

Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li jemmen li l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit m’għandux ikun Membru Parlamentari.

“Ħaddieħor bil-karozza tal-ambaxxata, aħna b’tal-linja għax b’xejn”

Id-deputat Laburista Manuel Mallia staqsa kif il-pajjiż irid iħajjar iktar żgħażagħ u nisa lejn il-politika billi jitilqu l-karriera tagħhom biex finalment jieħdu €1,200 fix-xahar.

Wied il-Għajn bi sfida ta’ immigrazzjoni – Schiavone

Id-deputat Nazzjonalista Herman Schiavone qal li f'Wied il-Għajn hemm sfida kbira għas-sigurtà u l-immigrazzjoni fejn jirriżulta li hemm reġistrati 621 Ingliż, 964 Taljan, 92 Albaniż, 44 Brażiljan, 133 Indjan, 219-il Serb u 78 Sirjan.

Justyne Caruana se tikkontesta l-elezzjoni li jmiss

Caruana rringrazzjat lil dawk kollha li qed juru solidarjetà magħha “f’dan il-mument diffiċli”. Qalet li hi kburija bix-xogħol li wettqet għax “kif qal il-Prim Ministru, gawdew minnu ħafna nies”. Qalet li kisbet riżultati għal Għawdex li huma bla precedent u li se jibqgħu jitgawdew għal ħafna snin.

Jean Claude Micallef isir MP

Huwa ħa post Helena Dalli fil-Parlament

L-MP Cutajar b’appell biex it-tfal jitħallew imorru l-iskola

12-il tifel u tifla tilfu l-ewwel 3 xhur tal-iskola

Filmat: “Jien qatt ma pproteġejt lil Keith Schembri” – Robert Abela

Jgħid li l-assassinju ta' Daphne weġġgħu ħafna