Tag: Marsalforn

Filmat: L-għassa ta’ Marsalforn b’dehra ġdida

Tlesta x-xogħol ta’ tisbiħ fuq l-għassa ta’ Marsalforn b’nefqa ta’ €130,000. Din l-għassa nbidlet għal waħda moderna u li se tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà.

Titlesta r-riġenerazzjoni tal-Menqa f’Marsalforn

Il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Menqa f’Marsalforn – proġett ta’ madwar €1 miljun – ġie inawgurat mill-Ministru għal Ghawdex Clint Camilleri.

Filmat: Tilmaħ 8 dniefel jgħumu ‘l barra minn Marsalforn

Madwar tmien dniefel dehru jgħumu 'l barra minn Marsalforn ilbieraħ waranofsinhar. Joylene Spiteri tellgħet filmati fuq Facebook li juru dniefel jgħumu madwar żewġ jew tliet mili nawtiċi 'l barra mill-bajja.

3 snin ħabs għar-raġel li attakka żewġ nisa f’Marsalforn

Raġel ta’ 30 sena li attakka żewġ nisa f’Marsalforn weħel sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs.

Filmat: Firien għadhom jiġru f’din it-triq f’Marsalforn minkejja sena ta’ lmenti

Hemm għadd ta’ firien li qed jiġru fi Triq Frank Debono li qed jagħmlu festa mill-iskart li jsibu mormi min-nies. Minkejja sena ta’ ilmenti l-problema jidher li s-sitwazzjoni se tibqa’ tippersisti.

Awdjo: Toroq maqlugħin f’Marsalforn; ‘ġejjin it-turisti u se jmorru lura’

Sid kumpanija tal-bugħaddasa f'Marsalforn qal li minħabba l-istat tat-toroq f'Marsalforn bħalissa jibża' li t-turisti li se jkunu ġejjin hemm ftit ġranet oħra se jmorru lura x'ħin jaraw it-taqlib li hemm b'għajnejhom.

Tmut mewta naturali hi u tgħum f’Marsalforn

Bħalissa għaddejja ħidma biex tkun salvata persuna li sabet lilha nnifisha f’diffikultà hi u tgħum fil-bajja ta’ Marsalforn.

Fil-periklu tal-mewt; ċiklist jidħol f’ħajt f’Marsalforn

Persuna ttieħdet l-isptar wara li daħlet f'arblu bir-rota f'Marsalforn.

Jitressqu quddiem il-Qorti wara li weġġgħu raġel f’Marsalforn

L-irġiel ġew akkużati li rrendew ruħhom reċedivi, serqu flus kontanti għad-dannu ta’ raġel raġel Somalu ta’ 24 sena u li kkawżawlu ġrieħi ħfief. L-akkużat ta’ 24 sena kien akkużat ukoll li kkommetta reat waqt perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża mposta fuqu mill-Qorti f’Diċembru 2019. L-irġiel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom.

Raġel arrestat wara li sawwat raġel b’ħadida f’Marsalforn

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li fit-8pm ilbieraħ kien hemm persuna li kellha bżonn l-assistenza fi Triq il-Port. Il-Pulizija sabu li raġel ta’ 24 sena, mis-Somalja, resident l-Munxar, allegatament ġie aggredit minn żewġ persuni li anke serqulu ammont ta’ flus kontanti. Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post. Jidher li r-raġel sofra ġrieħi f’wiċċu kawża ta’ daqqiet b’ħadida.