Tag: Manchester United

L-MTA qed terġa’ tinnegozja mal-Manchester United

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tinsab f’negozjati mat-tim Ingliż Manchester United biex iċċaqlaq il-ftehim għal xhur oħra wara li l-futbol fl-Ingilterra ilu wieqaf għal numru ta’ xhur minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Imut Tony Dunne, l-eks plejer tal-Man Utd

Dunne kien parti mit-tim li rebaħ il-European Cup tal-1968 bi skor ta' 4-1 f'partita li keinet intlagħbet fl-istadium ta' Wembley. Kien ukoll parti mit-tim li fl-1965 u l-1967 rebħu l-FA Cup.

Filmat: “L-ewwel pajjiż li nżur se jkun Malta” – Gary Neville

Fil-filmat li tpoġġa fuq il-paġna ta' Facebook Malta Flimkien, Neville qasam il-memorji tiegħu dwar iż-żmien tiegħu f'Malta matul is-snin u qal li Malta se tkun l-ewwel post fejn iżur wara li dan kollu jintemm.

United se jibqgħu jħallsu l-pagi tat-3,000 ħaddiem

Manchester United assiguraw li se jkunu qed iħallsu lit-3,000 ħaddiem tagħhom sal-aħħar tal-istaġun. Dan se jsir anka jekk il-logħob tal-Premier League jintlagħbu wara bibien magħluqa jew jekk jiġu kkanċellati minħaba l-kriżi tal-coronavirus.

United bl-ewwel passi biex jestendu l-kuntratt ta’ Matic

Manchester United taw bidu għal klawżola biex testendi l-kuntratt tal-midfielder Nemanja Matic b'sena. Il-plejer ta’ 31 sena kellu kuntratt ta’ tliet snin. Dan se jkun qed jiskadilu dan is-Sajf. Il-plejer qed jipprova jitkellem mall-klabb biex iżidlu l-kuntratt għal aktar minn sena.

Riżultat stupend għal United

Il-gowl stupend ta’ Odion Ighalo witta’ t-triq għal United li rebħu bl-iskor ta’ 5-0 ġewwa l-grawnd fl-Awstrija. Il-gvern Awstrijakk illimita n-numru ta’ attendenza bħala prekawzjoni għall-vajrus COVID-19.

United jgħaddu għall-kwarti tal-finali

L-impatt ta’ Wayne Rooney lanqas inħass meta kkumparat ma’ dak ta’ Odion Ighalo. United rebħu l-logħba b’mod komdu u ma tantx kellhom jitħabtu biex jiksbu riżultat pożittiv. Rooney li kien l-aqwa skorer għal United, instema ismu jidwi u jitkanta mall-grawnd kollu. Hu kien viċin li jiskurja darbtejn grazzi għal żewġ free-kicks.

Ighalo jgħid li għadu jibki t-telfa ta’ oħtu

Hu qal li jħossu emozzjonat ħafna għall-fatt li bħal donnu għadu ma jistax jifhem li oħtu telqet għal kollox u li qatt mhu se jkun jista’ jaraha aktar. Qal li xi kultant meta jkun waħdu u jerġa jiftakar fiha, jħoss għafsa kbira f’sidru. Spjega kif oħtu t-tewmija ġieli ċċempillu, tibki, u tgħidlu li timmisjaha. Stqarr li anka hu xi kultant jibki t-telfa ta’ oħtu.

Ighalo skurja l-ewwel gowl għal Manchester United

Bruno Fernandes skurja t-tieni gowl ma’ United f’ġimgħa minn penalty, wara li Simon Deli tkeċċa wara li mess il-ballun b’idu biex waqqaf ix-xutt ta’ Daniel James. McTominay li reġa daħal jilgħab wara li għamel xi żmien barra biex jirkupra minn injury, wkoll irnexxielu jiskurja.

Fernandes jiskurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ United

L-ewwel gowl ta’ Bruno Fernandes ma’ Manchester United witta’ t-triq għal rebħa komda kontra Watford. United li lagħbu f’darhom telgħu fil-ħames post tal-klassifika tal-Premier League. Fernandes li United xtrawh għal madwar €47 miljun f’Jannar li għadd mingħand Sporting Lisbon, ma falliex milli jiskurja l-penalty. Dan wara li l-gowler ta’ Watford Ben Foster waqqa’ lill-istess Fernandes fil-kaxxa.