Tag: Mafkar

Il-mafkar ta’ Daphne lura f’postu wara li tneħħa minħabba l-Vitorja

Il-mafkar tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia reġa’ tpoġġa lura f’postu wara li lbieraħ tneħħa biex isir avveniment marbut mal-Vitorja quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.

Il-mafkar ta’ Daphne vvandalizzat mill-ġdid

Jinstab bix-xemgħat u l-fjuri mwaqqgħin

Għaddew 28 xahar mill-assassinju ta’ Daphne

Propju llum, għaddew 28 xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Sa issa, il-każ tagħha għadu qed jinstema quddiem il-Qrati. Attivisti għamluha l-missjoni tagħhom, li fis-16-il jum ta’ kull xahar ifakkru lill-ġurnalista assassinata u jkomplu bl-għajta tagħhom għall-ġustizzja.

Ħaddiema jnaddfu l-vandaliżmu fuq il-mafkar

Persuni mhux magħrufa waddbu likwidu ta’ kulur aħmar lill-mafkar tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia u saħansitra ċappsu l-monument tal-Assedju l-Kbir.

Ritratti: Ma jintmessx il-mafkar ta’ Daphne wara l-ordni li ta l-PM

Il-mafkar illum għadu kif ħallewh l-attivisti lbieraħ

Tajt struzzjonijiet biex ma jitnaddafx il-mafkar ta’ Daphne – PM

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li ta struzzjonijiet biex ma jitnaddafx il-mafkar tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Filmat: Attivisti jagħmlu lejl jipproteġu l-mafkar ta’ Daphne fil-Belt

Numru ta’ attivisti ddeċidew li jqattgħu l-lejl tagħhom quddiem il-mafkar tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia faċċata tal-Qorti fil-Belt Valletta sabiex jassiguraw li dan ma jiżżarmax.