Tag: lockdown

L-iljuni jiħduha “easy”

F’ġurnata normali l-Kempiana Contractual Park ikun mimli turisti biex jaraw lil dawn l-annimali. Iżda l-post ingħalaq fil-25 ta’ Mejju meta l-Afrika ta’ Isfel ingħalqet f’lockdown biex tikkumbatti l-imxija tal-pandemija.

Jintemm il-lockdown f’Wuhan, l-epiċentru dinji tal-coronavirus

Mil-lum, ir-residenti ta’ Wuhan li għandhom il-permessi meħtieġa, jistgġu jivjaġġaw.

Ċans li l-lockdown fl-Italja jibqa’ għaddej sa Mejju

Din il-ġimgħa, il-Gvern Taljan estenda l-lockdown għat-13 ta' April

Il-PM u d-Deputat PM ma jaqblux dwar il-lockdown għall-anzjani

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mhux jaqblu dwar il-miżuri ġodda li tħabbru l-Ħamis, dwar li jiġu protetti dawk l-aktar vulnerabbli u dawk li jinsabu f’riskju. Din il-miżura se tkun qed tidħol fis-seħħ mis-Sibt 28 ta’ Marzu.

Jitħabbru d-dettalji għal min jgħix ma’ persuni fil-lockdown

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li fil-ħin li ġej se jitħabbar email speċjali biex minnu persuni jkunu jistgħu jitolbu permess biex ma jibqgħux fil-lockdown. Il-Professur Gauci qalet li din il-miżura tapplika għal dawk il-persuni li joqogħdu ma’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena u dawk b’mard kroniku.

Il-Parlament se jkompli minkejja l-lockdown għall-anzjani

Il-ħidma tal-Parlament Malti mistennija tkompli anki fid-dawl tal-miżuri li tħabbru lbieraħ mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Dan ikkonfermah uffiċjal tal-Parlament li f’kummenti ma’ Newsbook.com.mt qal li l-miżuri kontra l-imxija tal-coronavirus li ttieħdu sa issa jibqgħu jgħoddu.

Begovic jispjega dak li qed iħoss waqt li qiegħed magħluq f’daru

Il-gowler ta’ Milan Asmir Begovic spjega kif qed iħossu waqt li qed jgħix f’belt li saret qisha deżert minħabba l-epidemija tal-coronavirus. Hu qal li jispera li l-futbol jista’ jreġġa’ lura l-ferħ lin-nies. Begovic wasal Milan f’Jannar biex jieħu post Pepe Reina bħala t-tieni gowler wara Gianluigi Donnarumma. Hu spjega kif ħajtu tul dan l-aħħar xahar ġewwa Milan tbiddlet ta’ taħt fuq.