Tag: Liverpool

Partitarju ta’ 10 snin isaqsi lil Klopp biex jieqfu jirbħu

Tifel ta’ 10 snin u li hu partitarju ta’ Manchester United qed jaħsibha mod ieħor. Jidher li mhux jiħodha sew din l-aħbar. Daragh Curley m’għoġbu xejn ix-xogħol. Hu ddeċieda li jagħmel dak li jista’ biex ma jarax lil Liverpool jerġgħu jirbħu logħba oħra. B’hekk kiteb ittra lill-maniġer ta’ Liverpool Jurgen Klopp fejn saqsih biex ma jirbħu qatt aktar!

Il-holders Liverpool megħluba minn Atletico

Liverpool daqu xi ftit il-morr meta Atletico għamlu l-għalmu tagħhom biex illimitawhom biss għal żewġ opportunitajiet ta’ gowl. Kienu Salah u Henderson li kellhom dan iċ-ċans iżda t-tnejn spiċċaw fallew milli jakkwistaw gowl għat-tim. Klopp serraħ lil Mane u Salah u daħħal minflokhom lil Origi u Oxlade-Chamberlain, iżda ħadd minnhom ma rnexxielu jħalli impatt.

L-iżgħar tim ta’ Liverpool jirbaħ kontra Shrewsbury

L-iżgħar tim li qatt lagħab f’isem Liverpool rebaħ kontra t-tim ta’ League One Shrewsbury Town ġewwa Anfield. B’hekk Liverpool għaddew għall-ħames rawnd kontra Chelsea. Bit-tim tal-kbar igawdi minn btala f’nofs il-Premier League, il-maniġer tat-tim ta’ taħt it-23 sena Neil Critchley mexxa lit-tim li kien jinkludi seba’ plejers ta’ 19-il sena jew iżgħar.

City jitilfu kontra Tottenham: fit-2 post, 22 punt taħt Liverpool

Steven Bergwijn iddebutta ma’ Tottenham fil-logħba kontra City u wasal biex skurja gowl ukoll. L-iskor spiċċa 2-0 għal Tottenham u City lagħbu b’10 irġiel għall-aħħar 30 minuta. Ir-riżultat tella’ lil Spurs fil-ħames post, erba’ punti wara Chelsea li qegħdin fir-raba’ post. City baqgħu jżommu posthom fit-tieni post, 22 punt ‘l isfel minn Liverpool.

Virgil van Dijk se jbiddel it-tim?

Jista’ jagħti l-każ li van Dijk li għandhu 28 sena jkun lest li jiċċaqlaq ma’ tim ieħor jekk din is-sena Liverpool jirnexxielhom jirbħu t-titlu u jżidu mat-titli li rebħu taċ-Champions League, il-Fifa Club World Cup u l-Uefa Super Cup.

Ir-rebħa ta’ Liverpool tkompli żżid il-pressjoni fuq West Ham

Mohamed Salah skurja l-ewwel gowl fl-ewwel taqsima grazzi għal penalty u Alex Oxlade-Chamberlain skurja t-tieni gowl fit-tieni taqsima biex b’hekk kabbar l-iskor. Ir-rebħa tkompli tressaq lil Liverpool lejn ir-rebħ tat-titlu għall-ewwel darba wara 30 sena.

Klopp jgħid li t-tim mhux se jilgħab ir-replay kontra Shrewsbury

Klopp ikkonferma li t-tim mhux se jkun qed jilgħab fir-replay tal-FA Cup li se taħbat nhar l-4 ta’ Frar għal raġuni sempliċi. Hu qal li kien wegħedhom li jistgħu jieħdu btala waqt il-waqfa qasira tax-xitwa mill-Premier League. Klopp qal li mhux lest li jikser din il-wegħda li għamel magħhom.

Gowl tard ta’ Firmino jpoġġi lil Liverpool 16-il punt fuq quddiem

Il-gowl tard ta’ Roberto Firmino kontra Wolves poġġa lil Liverpool 16-il punt ‘l fuq minn Manchester City li qegħdin fit-tieni post. Din kienet l-14-il rebħa konsekuttiva ta’ Liverpool fil-Premier League.

Liverpool ikomplu bil-progress għar-rebħ tat-titlu

Il-progress ta’ Liverpool biex jirbħu t-titlu wara 30 sena kompla għaddej wara li rnexxielhom jirbħu lil Manchester United ġewwa Anfield.

Liverpool ikomplu fejn ħallew: jibqgħu fuq quddiem bi 13-il punt

Liverpool bdew is-sena l-ġdid b’rebħa ta’ 2-0 kontra Sheffield United il-bieraħ ġewwa Anfield.