Tag: Lisa Maria Zahra

Waqt lezzjoni tad-drama Erin bidel ismu għal Cliff Dingli

Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni ta' Erin Tanti, l-għalliem ta' 23 sena akkużat bil-mewt tat-tfajla Lisa Maria Zahra, li fid-19 ta’ Marzu ttellgħet mejta mill-irdum ta’ Ħad-Dingli.

“Appell għall-prudenza mill-ġurnalisti dwar il-mewta ta’ adoloxxenti” – IĠM

Fi stqarrija l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal li l-ġurnalisti għandhom joqogħdu lura fuq il-livell ta’ dettall li jkun aċċessibbli pubblikament.

Il-pulizija tiżvela l-messaġġi bejn Erin Tanti u Lisa Maria Zahra

Fil-Qorti llum xehed l-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud li qal li fuq il-mowbajl ta’ Zahra nstabu tliet ritratti tat-tfajla bla ħwejjeġ u li f’wieħed minnhom kien jidher ir-rifless ta’ Tanti. Qal ukoll li f’dawn ir-ritratti Lisa ma kinitx tidher komda.

Filmat: Il-familja ta’ Lisa Maria taqra ittra quddiem il-Qorti

Fl-ittra li nqrat f’isem Tony, missier Lisa, u l-familja Zahra ntqal li fl-aħħar ġimagħtejn mill-mewt traġika tagħha, il-familja baqgħet siekta u kienet attenta ħafna biex ma tikkummentax dwar il-każ.

Erin Tanti akkużat bil-qtil ta’ Lisa Maria Zahra

Tanti ġie akkużat li qatel lil Lisa Maria u li poġġielha ħajjitha fil-periklu bil-konsegwenza li waslet għal mewt tagħha. Kien akkużat ukoll li kellu relazzjoni sesswali ma’ tfajla taħt l-età u li ħa vantaġġ mill-pożizzjoni tiegħu ta’ għalliem.

Erin Tanti mhux se jitressaq il-qorti llum

Fi stqarrija, il-pulizija sostniet li għall-kuntrarju ta’ dak li xxandar fil-midja, ma tikkonfermax għax l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Filmat: “Kieku llum Lisa qed tistaqsi dwar il-ħajja” – Fr Jesmond...

Mijiet imlew il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta biex jagħtu l-aħħar tislima lil Lisa Maria Zahra, it-tfajla ta' 15-il sena li nstabet taħt l-irdum ta’ Ħad-Dingli f’Jum San Ġużepp.