Tag: Liquigas

Liquigas: Kull ċilindru diżinfettat; ħażna adegwata

Fid-dawl tal-Covid-19, u l-miżuri ta’ prevenzjoni li qed jittieħdu f’Malta, Liquigas Malta qed tiggarantixxi provvista ta’ gass (LPG), li fi kliemha hi affidabbli, sigura u adegwata għall-konsumaturi, l-operaturi u d-distributuri. Barra minn hekk spjegat li kull ċilindru qed jiġi diżinfettat.

Jekk tgħix Għawdex ‘ma tistax’ taqleb il-karozza għal-LPG

Minkejja li għaddew aktar minn sentejn minn meta tnieda l-autogas (LPG), f’Għawdex għad m’hemmx pompa li tipprovdi dan il-gass.

Liquigas se tnaqqas id-depożitu fuq iċ-ċilindri għal €10

Minn nhar it-Tlieta, Liquigas Malta se tnaqqas id-depożitu rifondibbli fuq ċilindri li jinġarru meta jkun rikjest servizz ġdid minn €25 għal €10.

Liquigas tintroduċi siġilli ġodda

Matul ix-xahar ta’ Mejju, id-distributuri tal-gass se jkollhom ċilindri għall-bejgħ bis-siġilli l-ġodda u dawk kurrenti, iżda mill-ewwel ta’ Ġunju 2014, iċ-ċilindri ta’ Liquigas se jkunu kollha bis-siġill il-ġdid

“Mhux ġust li l-prezz tal-LPG jimxi fuq il-prezz tal-petrol” – sewwieqa

Persuni li riċentament qalbu l-karozza tagħhom għall-autogas (LPG) qalu ma’ Newsbook.com.mt li jħossu li mhux ġust li l-prezz tal-LPG jogħla jew jorħos skont dak tal-petrol.

Aġġornata: Minn għada jorħos il-gass u jgħola l-petrol

Iċ-ċilindru l-aktar li jinbiegħ, dak ta’ 12-il kilo, se jibda jinbiegħ għal €18.40 mill-prezz ta’ €19.20.

​Liquigas tniedi l-AutoLiquigas f’pompa f’St Andrews

Fi stqarrija l-Liquigas Malta qalet li l-AutoLiquigas diġa’ qed tikseb tnaqqis ta’ 120 tunnellata ta’ CO2 fis-sena. Sostniet li se tkompli żżomm mal-wegħda tagħha li prezz tal-AutoLiquigas jibqa’ 50% orħos minn dak tal-petrol.

Liquigas tiftaħ kawża dwar mili llegali ta’ ċilindri

Fi stqarrija, il-Liquigas qalet li l-pulizija għadha ma resqitx akkużi kontra persuni identifikati minkejja li għadda xahar minn meta ngħatat evidenza li turi mili taċ-ċilindri fil-bitħa ta’ Easygas f’Ħal-Luqa.

Jogħlew il-petrol, il-pitrolju u l-gass

L-Enemalta ħabbret li minn għada l-prezz tal-petrol mingħajr ċomb ser jogħla b’ċenteżmu. Minn għada wkoll, ċilindru gass ta’ 12-il kilogram se jkun jiswa €19.20

Filmati juru lil Easygas timla ċilindri tal-Liquigas

Fi protest ġudizzjarju li ppreżentat fil-Qorti llum, il-Liquigas qalet li Easygas u żewġ distributuri tal-gass inqabdu fuq filmati jimlew b’mod abbużiv ċilindri tagħha fil-propjetà tal-Easygas f’Ħal Luqa.