Tag: Lawrence Cutajar

“Keith Schembri ma kienx interrogat dwar 17 Black”

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar se jkun qed ikompli jixhed fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia llum.

Diskussjoni dwar Lawrence Cutajar tfixkel l-andament tal-investigazzjoni tal-Qorti – L-Ispeaker

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ċaħad it-talba tal-Oppożizzjoni biex l-aġenda parlamentari tkun sospiża. L-Oppożizzjoni pproponiet li l-kamra tiddiskuti l-aħħar żviluppi li ħarġu mill-Qorti dwar l-involviment tal-eks Kummissarju tal-Pulizija fl-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Abela ilu xhur jaf dwar Lawrence Cutajar – Azzopardi

Il-MP tal-PN Jason Azzopardi qal li l-Prim Ministru Robert Abela ilu xhur jaf bid-dettalji li ħarġu lbieraħ fil-Qorti dwar l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Qal li Abela sar jaf bid-dettalji qabel ma Cutajar ġie appuntat bħala konsulent għall-Ministeru għall-Intern.

Fuq 103: X’inhuma r-riperkussjonijiet ta’ inkjesta dwar l-aġir ta’ Lawrence Cutajar?

Jesmond Saliba jiddiskuti dan waqt Newsbook Hour fuq 103 ma' Dr George Vital Zammit.

Maġistrat tordna investigazzjoni kriminali fuq l-eks Kummissarju tal-Pulizija

Il-Maġistrat Rachel Montebello talbet biex tibda investigazzjoni kriminali kontra l-eks kummissarju Lawrence Cutajar dwar il-possibilità tal-involviment tiegħu li wassal informazzjoni relatata mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Filmat: “Irreżenja” – attivisti lil Byron Camilleri

Diversi attivisti ta’ Repubblika nġabru quddiem il-Ministeru għall-Intern fil-Belt Valletta sabiex b’għajta waħda jgħidu lill-Ministru Byron Camilleri jirriżenja mill-kariga tiegħu. Dan wara li isem l-eks Kummissarju tal-Pulizija ssemma fix-xhieda tas-sensar tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-Gvern jissospendi l-konsulenza ta’ Lawrence Cutajar

Il-Ministeru ħass li għandu jieħu din id-deċiżjoni sakemm ikun ċar x’kienu l-fatti.

Magri qed jimxi fuq il-passi tal-eks Kummissarju – Occupy Justice

Il-Kummissarju tal-Pulizija Carmelo Magri qed jimxi fuq il-passi tal-eks Kummissarju Lawrence Cutajar, skont l-attivisti ta' Occupy Justice.

L-eks Kummissarju qala’ aktar minn €12,000 f’bonus ta’ ħidma fis-servizz

L-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kellu stejjer kontroversjali fiż-żmien li għamel f’din il-pożizzjoni, iżda dan ma waqqfux milli jaqla’ aktar minn €12,000 f'bonus ta' ħidma fis-servizz. Dan l-ammont jeskludi kwalunkwe bonus ieħor li seta’ qala fl-2019.