Tag: L-Isqof Mario Grech

Ritratti esklussivi tal-Kardinal Elett Grech

L-Isqof Grech se jkollu post importanti f’dan il-konċistorju għax se jkun hu li jagħmel id-diskors f’isem il-kardinali l-oħra.

Il-leħen jista’ jkun tpespisa imma importanti u meħtieġ – L-Isqof Grech

Fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ħarġa tar-rivista ‘Il-Ħajja f’Għawdex’ l-Isqof u Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mario Grech qal li din ir-rivista “Anki jekk, f’paragun mal-għadd ta’ vuċijiet medjatiċi oħra li hawn f’pajjiżna, il-leħen ta’ din ir-rivista huwa tpespisa, xorta huwa leħen importanti u meħtieġ”.

Filmat: Għadu ma jafx min hu Alla min jaħseb li l-pandemija...

L-Isqof Grech iwieġeb mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg fuq il-messaġġ pastorali li ħareġ dwar kif il-pandemija tal-coronavirus tolqot lill-insara u lill-Knisja.

Rużarju mid-djar quddiem il-Madonna ta’ Pinu nhar l-Erbgħa

Il-Knisja qed issejjaħ lill-familji Nsara biex nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu jgħidu r-rużarju minn djarhom quddiem ix-xbieha tal-Madonna Ta’ Pinu mxandra fuq TVM2.

It-tempji siktu imma l-knisja ma waqgħetx fil-muta – l-Isqof Grech

L-Isqof Mario Grech qal li l-imxija li bħalissa laqtet lil Malta wasslet biex waqa’ skiet fit-tempji iżda ċertament li l-poplu t’Alla li jifforma l-Knisja ma waqgħax fil-muta.

“Il-Milied iferraħ min-naħa u bħal melħ fuq il-feriti min-naħa oħra” –...

L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex L-Isqof Mario Grech qal li jekk il-Milied min-naħa iferraħ, min-naħa l-oħra jaf ikun bħal melħ fuq il-feriti. Spjega li għal ċerti nies, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied bħal donnhom ikattru n-niket u jtaqqlu l-qlub.

Jiddispjaċini nilmaħ profeti tad-dlam – L-Isqof Grech

L-Isqof Mario Grech qal li jiddispjaċih jilmaħ profeti tad-dlam fil-Knisja. Huwa kien qed jagħmel l-omelija fil-Festa tal-Kunċizzjoni.

Il-Kurja ta’ Għawdex taħtar arkivista ġdid

L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech ħatar lil Dun Joseph Attard mill-Parroċċa ta’ Santa Marija Inkurunata fiż-Żebbuġ bħala Arkivista tal-Kurja tal-Isqof fir-Rabat Għawdex.

“Meta jkollhom jieħdu deċiżjoni iebsa, huma jbatu magħkom” – L-Isqof Grech

L-Isqof Mario Grech qal li meta s-superjuri li jakkumpanjaw liż-żgħażagħ waqt il-formazzjoni tagħhom biex isiru qassisin ikollhom jieħdu deċiżjoni iebsa huma jbatu magħhom ukoll.

Awdjo: “Inweġġa’ nara lil Salvini bil-kuruna f’idu” – L-Isqof Grech

L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech stqarr li jweġġa’ jara lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini, bil-kuruna f’idejh.Mons. Grech kien qed iwieġeb...