Tag: Ktieb

Ħadd ma jista’ jidħak jew jagħtas fil-pubbliku

Il-ktieb li Trevor Żahra għadu kemm ippubblika, bl-isem "Ħadd ma Jista’ Jidħak jew Jagħtas fil-Pubbliku", huwa r-raba’ ktieb fis-sensiela ta’ rakkonti dwar il-pajjiż fittizju ta’ Kartaksan. Dan huwa ktieb li jinżel tajjeb mat-tfal daqskemm mal-kbar, għax huma mimli b’umoriżmu fin u battuti simpatiċi dwar epidemija stramba li ħakmet lil Kartaksan.

Ktieb rigal għat-tfal kollha

L-awtur u illustratur Ġorġ Mallia għadu kif ħareġ ktieb ta’ fantasija għat-tfal li l-isfond tiegħu hija s-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna, bit-tfal id-dar għax l-iskejjel magħluqin.

Oqgħod Ġewwa, Aqra Ktieb

Il-KNK qed jistieden lilkom biex tibagħtulhom ir-ritratt tagħkom bil-ktieb li qed taqraw. Huma se ntellgħu r-ritratt tagħkom bit-titlu tal-ktieb u l-isem tal-awtur li qed taqraw fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom!

Żewġ karigi ġodda fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Żewġ impjegati jingħataw karigi ġodda

Ritratti: Ara min rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Fid-diskors tal-ftuħ il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri innota li din kienet l-ewwel darba li ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb saret taħt l-awspiċi tal-President tar-Repubblika. Filwaqt li l-KNK u l-industrija tal-kotba fl-aħħar snin irċevew sostenn mingħajr preċedent mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-implikazzjonijiet fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u d-dmir tal-KNK li jissalvagwardja l-interessi tal-imsieħba tiegħu wasslu għad-deċiżjoni tal-Kunsill li jiddistanzja lilu nnifsu mill-istituzzjoni msemmija. Camilleri rrimarka li għalkemm Caruana Galizia ma kinitx awtriċi ta’ kotba, xorta kienet waħda minn ta’ ġewwa bħala kittieba, u l-qtil tagħha minħabba dak li kienet tikteb huwa inaċċettabbli.

Kotba li jqanqlu nostalġija

Il-President innota kemm fil-kotba hemm il-ħajja ta’ nies li ħafna jiftakruhom u żgur li l-qari ta’ Għamlu Isem iqanqal ħafna nostalġija. Hemm ukoll il-ħajja ta’ nies li forsi mhux kulħadd jafhom u dan iqanqal aktar interess.

“Dak li għamilt biex nieħu ħajti lura” – Clifford Galea

"Grazzi kbira lill-Fondazzjoni Oasi tal-kuraġġ li bnew fija, lill-familja tiegħi tas-sapport ġenwin, tal-ħbieb veri, ta' dawk li tawni kuraġġ tul it-triq u ta' dawk li ppruvaw iwaqqgħuni għax fil-verità, saħħewni!" kiteb Galea f'messaġġ fuq il-profil tiegħu fuq Facebook.

“Kelma ta’ Ħabib” mill-Arċisqof Charles Scicluna

Ir-raba' edizzjoni tal-Ktieb 'Kelma ta' Ħabib'.

Ktieb ta’ Tonio Borg f’idejn il-ġudikatura Taljana

Il-ktieb ta’ l-eks-Ministru u eks-Kummissarju Ewropew Tonio Borg Leading Cases in Maltese Constitutional Law issa jinsab f’idejn il-President tal-Qorti Kostituzzjonali fl-Italja, Marta Cartabia.

“Ma, il-ktieb tiegħi mhux għal idejk” – Gerard James Borg

“Ma, il-ktieb tiegħi mhux għal idejk, avolja kultant tipprova tittawwal biex tara x’fih,” kitbilha hu.