Tag: Korruzzjoni

Eks Presidenti tal-Panama miżmuma milli jivvjaġġaw wara investigazzjoni dwar korruzzjoni

Żewġ ex-presidenti tal-Panama, Ricardo Martinelli u Juan Carlos Varela kienu miżmuma milli jħallu l-pajjiż hekk kif bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar ħasil ta’ flus f’każijiet separati ta’ korruzzjoni.

Id-donazzjoni tal-Captain Morgan lill-PL forma ċara ta’ korruzzjoni – Cassola

Id-donazzjoni li tat il-kumpanija u l-ħaddiema tal-Captain Morgan lill-Partit Laburista waqt il-maratona ġbir ta’ fondi hija eżempju ċar ta’ korruzzjoni. Dan qalu l-kandidat indipendenti Arnold Cassola f’ilment li għadda lill-Kummissarju Elettorali sabiex ikun investigat.

Ipperikolat ir-rispett lejn il-liġi jekk il-korruzzjoni ssir normali – l-Ombudsman

L-Ombudsman Parlamentari Anthony Mifsud fir-rapport annwali tas-sena 2019, qal li jkun ipperikolat ir-rispett lejn il-liġi jekk il-korruzzjoni ssir normali

Jitlaqqa’ b’urġenza l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista

L-iskandlu ta' Montenegro diskuss mill-MPs Nazzjonalisti

Naħdmu kontra l-kultura tal-korruzzjoni u favur il-ġustizzja u l-verità – L-Arċisqof

“Meta tistenna u tibqa’ gallerija tkun qed tgħix ħajja irresponsabbli. Il-libertà tinsab fl-azzjoni. Iddeċiedi u idħol fit-tempesta tal-ħajjin.”

City jaf ikollhom jistrutturaw il-finanzi kompletament mill-ġdid

Manchester City jaf ikollhom jistrutturaw il-finanzi tagħhom kompletament mill-ġdid. Potenzjalment se jkollhom ibiegħu l-uħud mill-aqwa plejers bħal Raheem Sterling, Kevin De Bruyne u Aymeric Laport, jekk il-Qorti Arbitrarja għall-Isport iżżomm is-sentejn sospenzjoni li ġiet imposta fuqhom mill-Uefa.

Malta bi tkabbir eknomiku; trid tiġġieled il-korruzzjoni – IMF

Malta gawdiet minn tkabbir ekonomiku rapidu fl-aħħar snin però trid tkabbar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, skont il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF).

Tinfetaħ investigazzjoni fuq Yorgen Fenech fi Franza

Yorgen Fenech qed jiġi investigat fi Franza biex jinstab jekk flus mill-assi tiegħu fil-pajjiż intużawx biex jiffinanzjaw l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-politiċi f’Malta qed jindaħlu fl-infurzar tal-liġi – rapport

F’Malta hemm indħil sistematiku fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi minn politiċi, skont rapport dwar il-korruzzjoni li hemm fil-pajjiż.

“Netflix ġew Malta minħabba l-qtil u l-ħasil tal-flus” – Arrigo

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo saħaq li l-produtturi tas-serje ta' Netflix - Queen of the South - għażlu Malta minħabba s-sensiela ta' qtil, ħasil tal-flus u l-banek.