Tag: Konċessjoni

Dgħajjes f’Kemmuna: Il-validità tat-tender ikkonfermata

Il-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi kkonferma l-validità tal-konċessjoni li Transport Malta tat lill-kumpanija Comino Ferries Co-op Limited. biex topera s-servizz bi skeda miċ-Ċirkewwa u l-Marfa lejn Kemmuna għal ħmistax-il sena. Il-Bord insista li l-kuntratt huwa konformi mal-liġi u għalhekk huwa validu u effettiv.

€37,000 fis-sena biex joperaw waħedhom lejn Kemmuna

Operaturi tad-dgħajjes li joperaw minn diversi nħawi f’Malta lejn Kemmuna se jkollhom jieqfu jagħmlu dan minn nhar is-Sibt hekk kif il-Gvern ta’ konċessjoni lil kumpanija waħda biex topera dan is-servizz għal 15-il sena. Comino Ferries Coop Limited kienet l-unika kumpanija li ssottomettiet l-offerta u mistennija tħallas mas-€37,000 fis-sena biex toffri s-servizz għall-passiġġieri.

Ċans ta’ konċessjoni ta’ 10 snin għal każinò ieħor f’Malta

Dan wara li ma kienx hemm interess biżżejjed biex ikun hemm każinò f’Għawdex.

Talba biex il-Qorti tiddikjara nulla l-konċessjoni lil Henley & Partners

Arton Capital qed issostni li l-proċess kif intgħażlu Henley & Partners naqas milli jkun indipendenti.