Tag: Ko Edukazzjoni

Sillabi ġodda fl-MCAST iżda mingħajr riżorsi meħtieġa – MUT

L-Unjin tal-Għalliema (MUT) indirizzat konferenza tal-aħbarijiet li matulha elenkat lista ta’ diffikultajiet li ġabet magħha l-bidu ta’ sena skolastika.

Il-Ministeru ma jistax jindaħal fl-isfidi ġodda tal-għalliema Għawdxin minħabba l-koed

Sorsi qrib il-Ministeru tal-Edukazzjoni qalu ma’ Newsbook.com.mt, li l-Ministeru ma jistax jindaħal dwar l-isfidi l-ġodda li se jaffaċċjaw l-għalliema Għawdxin f’Malta, bl-introduzzjoni tas-sistema tal-koedukazzjoni.

​Il-ko-edukazzjoni fl-iskejjel kollha tal-istat minn Settembru

Minn Settembru li ġej l-iskejjel kollha tal-istat se jkunu qed jibdew iħaddmu s-sistema ta’ ko-edukazzjoni, jiġifieri bniet u subien fl-istess skola. Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal dan fil-Parlament illejla f’intervent fid-diskussjoni li għaddejja bħalissa dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-Ugwaljanza għall-Irġiel u n-Nisa.

“Hemm bżonn ta’ konsultazzjoni dwar ir-riformi fl-edukazzjoni” – PN

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern sabiex jikkonsulta dwar ir-riformi tal-koedukazzjoni u l-middle schools, liema żewġ riformi fl-edukazzjoni se jkunu qed jidħlu fis-seħħ minn Settembru li ġej.

“Il-Gvern se jżid is-sigurtà fl-iskejjel imħallta” – MUT

Il-Union tal-Għalliema qalet li kellu jkun hemm evalwazzjoni serja tal-proġett pilota li bniet u subien ikunu flimkien, qabel mal-iskejjel ġew infurmati li l-Form 1 kollha tas-sena skolastika li jmiss se jkunu ko-ed.