Tag: Knisja

Tibda ġimgħa ta’ talb għall-għaqda fost l-Insara

Mil-lum bdiet ġimgħa ta' talb għall-għaqda fost l-Insara.

Inawgurata s-sena ġudizzjarja tat-Tribunali Ekkleżjastiċi

Il-Lectio Magistralis din is-sena ngħatat mill-Arċisqof Charles Scicluna fejn spjega kif id-dokument leġiżlattiv tal-Papa Franġisku Vos estis lux mundi (Intom id-Dawl tad-Dinja) daħal fis-seħħ u kif intlaqa’ mill-Knisja. Dan id-dokument importanti daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2019 u jinkludi normi proċedurali li jorbtu lill-Knisja Kattolika madwar id-dinja.

Malta għaddejja minn tibdil soċjali – Mons. Grech

L-Amministratur Appostoliku għal Għawdex Mario Grech qal li s-soċjetà f’Malta għaddejja minn proċess qawwi ta’ tibdil soċjali, kulturali, u reliġjuż.

Filmat: Ktieb ġdid b’dak li qal l-Isqof Grech fis-Sena Marjana

Id-Djoċesi ta’ Għawdex ippubblikat ktieb bl-omeliji u l-interventi li għamel l-Isqof Mario Grech fis-Sena Marjana. Il-ktieb bl-isem “Tibżax tieħu għandek lil Marija”, li huwa stampat kollu kemm hu bil-kulur, fih bosta ritratti ta' xbihat Marjani li jinsabu fil-knejjes ta’ Għawdex.

Filmat: Kunu preżenti għal xulxin – l-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jiċċelebra quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2020.

F’16-il sena l-Insara fl-Iraq naqsu b’90%

Fl-Iraq l-ammont ta’ Insara naqas minn 1.5 miljun fl-2003 għal 120,000 nisrani sa nofs l-2019, dan ifisser tnaqqis ta’ 90% tul ġenerazzjoni waħda.

3 kappillani ġodda f’Jannar

Il-lista ta' impenji tal-Arċisqof għall-bidu tas-sena

Attakk fi knisja f’Texas; 2 mejta

Raġel armat b’arma tan-nar li spara fi knisja f’Texas qatel persuna u ħalla persuna oħra f’kundizzjoni kritika. Dan qabel ma’ persuna li kienet fil-knisja u kienet ukoll armata b’arma tan-nar sparatlu u qatlitu.

Filmat: Preparamenti għall-5 ikla tal-Milied għal dawk waħedhom

Il-Caritas Malta bħalissa qed tipprepara għall-ikla tal-Milied li se tkun qed torganizza għall-ħames sena konsekuttiva għal dawk li jkunu waħedhom.

Ritratti: Tisfronda parti mis-saqaf ta’ knisja f’San Ġiljan

Parti minn saqaf ta' Knisja f'San Ġiljan sfrondat. Mill-inqas persuna waħda indarbet.