Tag: Klieb

Fl-Awstralja klieb qed jiġu mħarrġa biex jinterċettaw persuni pożittivi għall-Covid-19

Fl-Awstralja, klieb qed jiġu mħarrġa biex permezz tax-xamm jindunaw b'persuni pożittivi għall-Covid-19.

Ara f’liema stat instabet Bella

Mal-wasla għand l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati, il-kelba ġiet invistata minn veterinarju u bdiet tiġi kkurata, apparti li tnaddfet ukoll.

Filmat: Għaliex m’għandekx tgħannaq lill-kelb tiegħek?

Jekk għalik tgħanniqa tfisser turijja ta’ mħabba, għall-kelb tiegħek dan il-ġest ifisser xi ħaġa negattiva. Dan qalitu Eleonora Capobianco, li hija Pet Therapist u Behaviorist f’intervista ma’ Newsbook.com.mt.

Filmat: Il-pitbull huwa arma li wieħed għandu jkun jaf kif jieħu...

Il-klieb tar-razza Pitbull huma arma perikoluża li min irabbihom irid ikun jaf jieħu ħsiebhom sew. Dan qalitu Eleonora Capobianco, li hija Pet Therapist u Behaviorist fid-dawl tal-każ riċenti fejn mara anzjana nqatlet wara li kienet attakkata minn klieb ta’ din ir-razza li bosta jlaqqmu perikoluża.

“Ma tista’ qatt tgħid kif kelb iħossu fix-xita”

Apparentament din mhux l-ewwel darba li Dearman ħa l-ħin biex juri ftit imħabba lill-klieb li jkun hemm fil-parkeġġ.

Filmat: Sitt ġriewi abbandunati f’kaxxa

Dawn is-sitt ġriewi kienu kważi bla ħajja, ibatu mill-għatx u sħana u kienu mimlija briegħed.

Għaliex Cookie kienet tibki l-ħin kollu?

L-istorja ta’ Cookie f’San Bernardino fl-Istati Uniti xxandret fuq il-midja soċjali. Saret talba biex tkun addottata minn sidien ġodda għax il-kelba ma felħitx tkun abbandunata wara tant snin tgħix ma’ sidien li dejjem ħabbewha.

Yang, il-qattus fl-Ingilterra li jferraħ lill-pazjenti fi sptar

Glynis Bell, sidtu ta’ 48 sena, tgħid li hija kburija ħafna bih. Tant hu hekk li tellgħet paġna għalih fuq Facebook biex turi x’jagħmel. Hi ssemmi li għandu ħafna għal qalbu dawk il-pazjenti rikoverati mill-kanċer li jkunu bilqiegħda barra l-isptar. Dejjem imur fuqhom bħallikieku jrid isaqsihom x’għandhom.

Il-qtates jimmanipulawk bil-mjaww tagħhom

Hija qalet li fis-selvaġġ il-qtates isejħu lil ommhom bl-għajjat biex meta jsibu ruħhom fl-inkwiet imorru jsibuhom u jsalvawhom. Imma dawn mhumiex it-tip ta’ mjaww tal-qtates tal-lum meta jkunu qrib il-bnedmin.