Tag: Kemmuna

L-ADPD tikkundanna l-pjan tal-Gvern biex jibni moll Kemmuna

L-ADPD tisfida lill-ERA biex tieħu pożizzjoni

Dgħajjes f’Kemmuna: Il-validità tat-tender ikkonfermata

Il-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi kkonferma l-validità tal-konċessjoni li Transport Malta tat lill-kumpanija Comino Ferries Co-op Limited. biex topera s-servizz bi skeda miċ-Ċirkewwa u l-Marfa lejn Kemmuna għal ħmistax-il sena. Il-Bord insista li l-kuntratt huwa konformi mal-liġi u għalhekk huwa validu u effettiv.

Dgħajjes f’Kemmuna: L-operaturi jingħaqdu mal-Kamra tal-SMEs

Grupp ta’ operaturi li fl-aħħar ġimgħat ġew mgħarrfa li ma jistgħux ikomplu joperaw bis-servizz normali lejn Kemmuna daħlu membri tal-Kamra Maltija tal-SMEs biex tirrappreżentahom b’mod formali.

Dgħajjes f’Kemmuna: L-UE qed tinvestiga

Newsbook.com.mt talab lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga dan il-ftehim wara li din il-kontroversja ġabet reazzjoni minn għadd ta’ operaturi oħra tad-dgħajjes f’Kemmuna li uħud minnhom ilhom joperaw dan is-servizz għal dawn l-aħħar għoxrin sena.

Dgħajjes f’Kemmuna: Ifallu d-diskussjonijiet mal-Gvern; issa tiddeċiedi l-Qorti

Id-diskussjonijiet li saru bejn l-operaturi tad-dgħajjes lejn Kemmuna u l-awtorità tal-Gvern Transport Malta fallew minkejja tentattiv li sar biex jintlaħaq ftehim barra l-Qorti.

Dgħajjes f’Kemmuna: Transport Malta se tipposponi l-ftehim

Transport Malta ħabbret li qed tipposponi l-ftehim li sar mal-kumpanija magħżula biex waħedha topera s-servizz tal-passiġġieri lejn Kemmuna.

Dgħajjes f’Kemmuna: Operaturi jridu li jitħassar il-kuntratt

Jumejn qabel jidħol fis-seħħ il-ftehim li l-Gvern għamel ma’ kumpanija waħda għall-vjaġġi lejn Kemmuna, operaturi oħra li ma daħlux f’dan il-ftehim talbu lill-Bord ta' Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi biex jitħassar il-kuntratt.

Tad-dgħajjes ta’ Kemmuna b’mandat fil-Qorti

L-operaturi tad-dgħajjes ta’ Kemmuna għamlu mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti biex iwaqqfu lill-Gvern milli jagħti konċessjoni lil kumpanija waħda biex toffri t-trasport tal-passiġġieri lejn Kemmuna.

€37,000 fis-sena biex joperaw waħedhom lejn Kemmuna

Operaturi tad-dgħajjes li joperaw minn diversi nħawi f’Malta lejn Kemmuna se jkollhom jieqfu jagħmlu dan minn nhar is-Sibt hekk kif il-Gvern ta’ konċessjoni lil kumpanija waħda biex topera dan is-servizz għal 15-il sena. Comino Ferries Coop Limited kienet l-unika kumpanija li ssottomettiet l-offerta u mistennija tħallas mas-€37,000 fis-sena biex toffri s-servizz għall-passiġġieri.

Awdjo: 35 sena mit-traġedja tal-patrol boat; mietu 5 suldati u 2 pulizija

 Bħal-lum fl-1984, seħħet it-traġedja tal-Patrol Boat C23, li ħalliet ħames suldati u żewġ pulizija mejta. Huma kienu vittmi ta’ splużjoni fuq il-Patrol Boat li...