Tag: Karol Aquilina

Abela u Scicluna kisru l-liġi bil-ħatra taċ-Chairperson tal-FIAU – Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li l-ħatra taċ-Chairperson tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna saret bi ksur tal-liġi. Qal li l-ħatra saret ukoll minn wara dahar il-Parlament.

Il-PM m’għandux jindaħal fl-inkjesta Daphne – PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-Prim Ministru Robert Abela m’għandu l-ebda dritt jindaħal jew jikkontrolla l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, u li l-kummenti tiegħu dwarha jikxfu kif ma jridx li l-verità kollha ssir magħrufa.

PN jinsisti li l-kariga ta’ kap eżekuttiv tal-Korp ma tistax tiġi...

Il-Partit Nazzjonalista qed joġġezzjona għal pjanijiet biex tiġi abolita l-kariga ta’ kap eżekuttiv fil-Korp tal-Pulizija, peress li qed jinsisti li din il-kariga hi stabbilita b’liġi li tista’ tinbidel biss mill-Parlament.

Il-Kummissarju tal-Films b’paga ta’ €51,000 fis-sena

Il-Kummissarju tal-Films qed jaqla’ €51,156 fis-sena apparti minn allowance ta’ €3,261 għal spejjeż.

Il-PM mhux ħati ta’ ksur ta’ privileġġ; messu għażel kliemu aħjar...

L-Ispeaker ikkwota żewġ rulings preċedenti, wieħed maħruġ mid-Deputat Speaker Ċensu Galea u l-ieħor minn Madam Speaker Miriam Spiteri Debono, fejn tal-aħħar kienet widdbet kontra l’hekk imsejjaħ bickering.

Kummissarju bil-probation pupu f’idejn il-Gvern – Aquilina

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina stqarr li Kummissarju tal-Pulizija bil-probation huwa pupu f’idejn il-Gvern. Minn naħa tiegħu, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li jinsab kuntent u sodisfatt li nhar il-ġimgħa li għaddiet ħarġet l-ewwel sejħa pubblika għall-ingaġġ ta' kummissarju tal-pulizija.

Kummissarju għal 4 snin kontra l-ispirtu tal-Kummissjoni Venezja – PN

Il-Partit Nazzjonalista qal li d-deċiżjoni tal-Gvern li l-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija jservi għal perjodu ta’ erba’ snin tmur kontra l-ispirtu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Xita ta’ rabja għall-mewt ta’ Miriam Pace wara tiġrif ta’ binja...

Matul il-lejl li għadda u kmieni dalgħodu, għexieren ta’ Maltin esprimew rabja kbira għall-mod li bih mietet Miriam Pace wara li darha ġġarfet fil-Ħamrun. Dan kien każ ieħor ta’ tiġrif ta’ binja maġenb sit tal-kostruzzjoni, li din id-darba ħasad il-ħajja ta’ omm ta’ żewġt itfal u miżżewġa, ta’ 54 sena.

Alex Muscat jirtira l-kliem kontra Aquilina wara ruling

Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat irtira d-diskors li għamel fil-konfront tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fejn kien qal li dan tal-aħħar “kien bagħat lil ħuh biex jheddu”.

Fl-aħħar jum tiegħu Simon Busuttil ġie injorat mill-Gvern – Aquilina

Illum kienet l-aħħar ġurnata ta' Busuttil fil-Parlament